Lokali
Titħajjar titgħallem taħdem il-filugranu?

L-arti tal-filugranu bdiet fl-Eġittu tal-qedem iżda nfirxet f’pajjiżi tal-Mediterran inkluż Malta. Din l-arti delikata tinvolvi l-użu ta’ ħjut fini lewn id-deheb jew il-fidda, minsuġa flimkien sabiex isiru ornamenti dekorattivi.

TVM segwa l-isforz illi qed isiru biex din it-tradizzjoni ma tintilifx.

Il-Ministeru tal-Edukazzjoni qed jagħmel l-isforzi kollha biex is-snajja tradizzjonali Maltin fosthom l-induratura u l-filugranu jinżammu ħajjin. Minn Settembru li ġej fl-iskejjel ser ikunu offruti suġġetti applikati bħal snajja tradizzjonali fi programm imsejjaħ ‘My Journey’ biex l-istudenti jagħżlu jekk iridux li jitgħallmu xi waħda minnhom. Fosthom ser ikun hemm il-filugranu.

Id-Direttur tal-Isterling Jewellers, Ian Fenech qal ”din is-sena qed tmut maż-żmien u hemm bżonn li nippreżervawha għax meta jkun hemm turist iżur Malta jew xi Malti jgħix barra dejjem jixtieq jixtri souvenir tal-filugrani minn Malta.”

L-Uffiċjal Edukattiv responsabbli Karl Parnis qal li s-suġġett ser iwassal sal-O level. Is-Sur Parnis qal li l-programm jesiġi li l-istudenti jitgħallmu l-oriġini u l-istorja tal-filugranu, jitrattaw l-użu tal-għodda u anke l-ħolqien tad-disinn sakemm jaslu biex jirrealiżżaw il-proġett.

”Peremzz ta’ dan is-suġġett ser naraw lil dawk l-istudenti li jaqbdu l-linja f’din l-arti għax il-ġojjellerija hija arti jimxu l-quddiem minħabba li dan huwa suġġett akkreditat.”

Biex ix-xogħol artistiku tal-filugranu jkun aktar magħruf, il-Ministeru tal-Edukazzjoni flimkien ma’ Sterling Jewellers tellgħu wirja b’oġġetti li saru għal mumenti storiċi li għaddew minnhom il-Gżejjer Maltin. Il-wirja tinsab fil-foyer tal-Ministeru tal-Edukazzjoni fil-Floriana u ser iddum miftuħa sal-aħħar ta’ Marzu matul il-ġranet tax-xogħol.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Charlie, il-kelb tad-Dwana, irnexxielu jxomm u jaqbad passiġġier Yemeni li kien qed iġorr €14,064 fi flus mhux dikjarati. Il-passiġġier kien qed jistenna t-titjira tiegħu lejn l-Istanbul meta twaqqaf mill-uffiċjali tad-Dwana. Bis-saħħa…

Kronaka

Tifel sofra xi ġrieħi wara li ntlaqat minn vettura f’Ħal Qormi. L-inċident seħħ għall-ħabta tan-12.30 fi Triq Manwel Dimech. Minn tagħrif li għandu TVM jirriżulta li t-tifel ittajjar minn karozza…

Kronaka

Sid ta’ karozza qed iwissi lil ħaddieħor biex isakkar il-vetturi  tiegħu wara li ġie misruq minn mara li nqabdet b’filmat tiftaħ u tħarbex f’i ħwejjeġ ħaddieħor. Fil-filmat, il-mara tidher qed tiftaħ…

Aktar