Barranin
Titħajjar tmur tiekol miegħu fil-villa li għandu Como?

Jekk ġieli ħlomt li tmur tiekol ma’ George Clooney issa ċ-ċans!  Mhux tiekol biss, iżda tieħu ritratt miegħu u ma’ martu, tgawdi x-xeni pittoreski ta’ Como, kif ukoll titjira u akkomodazzjoni bla ħlas.

L-attur Amerikan u martu Amal għadhom kif nedew konkors biex xi ħadd jirbaħ ikla fil-villa lussuża tagħhom fil-belt Taljana ta’ Como.  Biex tieħu sehem, trid tagħti donazzjoni lill-Fondazzjoni Clooney li taħdem biex tħares id-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja.

It-Taljani huma esklużi milli jieħdu sehem, u anke Belġjani, Kubani, Iranjani, Iraqqin, Sudaniżi, Sirjani, Tajlandiżi, ċittadini tal-Korea ta’ Fuq u ta’ Singapore.  Għalhekk jekk għandek 16-il sena u toqgħod f’xi pajjiż li mhux imsemmi hawn tista’ tipparteċipa.  Għandek ċans sal-14 ta’ Lulju.

Iktar tagħrif tista’ tiksbu mis-sit elettroniku Omaze li għandu d-dettalji kollha ta’ kif tista’ tikkompeti biċ-ċans li tirbaħ vjaġġ għal tnejn f’Como u fl-istess waqt tgħin lill-NGO ta’ Clooney.

Aħbarijiet Oħra
Reliġjon

Tefa’ ta’ ġebla ‘l bogħod minn xtut il-gżejjer Maltin, Sqallija mogħnija b’pajsaġġ pittoresk li jsaħħar l-għajnejn u b’għadd ta’ bliet il-ġmiel tagħhom. Fosthom, il-belt ta’ Modica. Liema żona, fost l-oħrajn,…

Barranin

L-awtoritajiet Amerikani approvaw sanzjonijiet ġodda kontra ċ-Ċina minħabba liġi ġdida ta’ ndħil dwar is-sigurtà f’Hong Kong. Din il-liġi kienet ikkundannata mill-komunità internazzjonali. Il-miżuri tal-Gvern Amerikan li għaddew bi qbil assolut…

Barranin

Il-pulizija f’Hong Kong għamlet l-ewwel arresti taħt il-liġi l-ġdida imposta minn Beijing kontra l-protesti. Dan hekk kif għadd kbir ta’ nies fakkru it-23 sena mit-tmiem tat-tmexxija Ingliża. Aktar minn 300…

Barranin

Raġel fl-Istati Uniti spara fuq mara li ħaditlu bandiera tan-Nażi li kellu mwaħħla quddiem daru f’Oklahoma. L-uffiċċju tax-Sheriff ta’ Garfield County qal li l-mara kienet qegħda f’festin fil-viċin, meta f’ħin…

Aktar