Lokali
Titħajjar tqatta’ Jum San Valentinu f’Għawdex?

Jekk għadek ma ddeċidejtx kif se tiċċelebra jum il-maħbubin mal-maħbub/a tiegħek tista’ ma tinkwieta xejn aktar.

Il-Ministeru għal Għawdex għaddej b’ħidma biex iħajjar lill-maħbubin iqattgħu xi ġranet fi Frar f’Għawdex biex igawdu lil xulxin.

Il-maħbubin jistgħu jmorru għal Drive-In Movie Night li se jsir nhar is-Sibt, 9 ta’ Frar mentri s-Sibt, 16 ta’ Frar se jsir kunċert fi Pjazza Indipendenza minn Ivan Grech flimkien ma’ artisti oħra Għawdxin.

Fost attivitajiet oħra li l-Ministeru għal Għawdex ħejja b’rabta mat-tema tal-imħabba, hemm diversi attivitajiet fit-toroq ewlenin u ġo Villa Rundle, kif ukoll esebizzjonijiet tal-arti fiċ-Ċittadella.

Għal aktar informazzjoni, wieħed jista’ jżur is-sit http://www.visitgozo.com

Aħbarijiet Oħra
Sigurtà

‘Il fuq minn ħamest elef atleta, żewġ terzi minnhom barranin, kienu fuq ix-xwiek biex għada, il-Ħadd filgħodu, jieħdu sehem fil-maratona ta’ Malta. Iżda b’xorti ħażina, il-maratona tħassret ftit tal-ħin ilu…

Lokali

F’riċerka għad-dottorat dwar il-kriminalità fil-familji Maltin, Janice Formosa Pace sabet li l-familja tista’ tkun dik li tippromwovi l-kriminalità. Kontra dak li jseħħ fl-Eworpa, f’Malta hija komuni li l-ġenituri u l-ulied…

Sport

Waqt logħba tat-Tieni Diviżjoni bejn Oratory Youths u Qala Saints, ir-referee Joseph Agius spiċċa qala’ daqqa ta’ ponn wara li ta żewġ karti sofor lil plejer tal-Qala. Il-logħba li saret…

Edukazzjoni

Il-Fondazzjoni President’s Trust kompliet tqassam tagħmir lil tfal li għandhom diffikultà bil-vista biex tgħinnhom fil-mixja edukattiva tagħhom. B’kollox il-fondazzjoni qassmet b’kemm jiswa €150,000 f’tagħmir tal-informatika lil 65 tifel u tifla….

Aktar