Konsumatur
Titħajjar? Xorb, sigarri u tabakk maqbuda mid-Dwana jinsabu għall-bejgħ

Id-Dipartiment tad-Dwana qiegħed joħroġ għall-bejgħ bl-offerta kwantità ta’ xorb alkoħoliku, birra, inbid, sigarri u tabakk tal-brim.

Dawn il-prodotti li nqabdu f’dawn l-aħħar xhur mid-Dwana qed jinqasmu f’85 lott. Ix-xorb alkoħoliku jinkludi whisky, brandy, vodka, gin, rum, tequila, port, sherry, aperitives u liquers.

Il-bejgħ bl-offerta’ se jsir nhar il-Ġimgħa 29 ta’ Marzu 2019, f’nofsinhar.

Kull min hu interessat jara l-lottijiet tal-oġġetti  li qiegħdin jitpoġġew għall-bejgħ jista’ jagħmel dan mit-Tnejn 25 ta’ Marzu 2019 sa dakinhar tal-bejgħ (il-Ġimgħa 29 ta’ Marzu 2019, f’nofsinhar).  L-affarijiet jinsabu għall-wiri fi Newport Bonded Stores, il-Marsa.

Aktar informazzjoni dwar il-kobor ta’ kull lott jinstabu fuq il-formola tal-offerta li tista’ tinkiseb minn Newport Bonded Stores, il-Marsa.

Il-ħinijiet tal-wiri huma bejn it-8am u nofsinhar u bejn in-1230pm u t-3.30pm.

Aħbarijiet Oħra
Storja

Heritage Malta qed tistieden lill-pubbliku u lill-veterani tal-flotta rjali Ingliża biex il-Ġimgħa li ġej jattendu għall-attività msejħa ‘memory box’ fl-istess forti li l-Ingliżi kienu iqisuh daqs li kien bastiment fil-Port…

Lokali

Is-servizz tat-Telecare reġa’ qed jopera wara li aktar kmieni kien sospiż. Fi stqarrija, is-Segretarjat Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva flimkien mad-Dipartiment tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità rringrazzjaw lill-operatur tal-impenn…

Saħħa

Intlaħaq ftehim bejn Steward Healthcare u l-MUMN dwar id-Dipartiment tal-Fiżjoterapija fl-Isptar San Luqa. Fi stqarrija maħruġa mill-Ministeru għas-Saħħa ntqal li wara intervent mid-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, saret…

Aktar