Lokali
Titħassar reċta wara li attur ma kellux il-viża biex jiġi Malta

Reċta dwar l-immigrazzjoni kellha titħassar minħabba li wieħed mill-atturi ma kellux il-viża biex jiġi Malta.

Phosphoros Theatre kienet kostretta li tħassar ir-reċta f’Malta minħabba li attur minnhom ma applikax għall-viża.

L-atturi kienu mistiedna biex itellgħu l-awtobijografija Pizza Shop Heroes, li kellha ssir illum u għada bħala parti mil-Lost in Migration Conference: Global Strategies and Political Commitments. Din kienet organizzata mill-President’s Foundation for the Wellbeing of Society and Missing Children Europe.

Il-kast kellu jassal ilbieraħ filgħaxija, madankollu twaqqaf f’Heathrow wara li wieħed mill-atturi, ma kellux id-dokumenti meħtieġa.

Phosphoros Theatre huwa magħmul minn 4 irġiel li fi tfulithom ħadu l-ażil. Huma ġew mistiedna Malta biex iqajmu għarfien dwar it-tfal li jaħarbu waħedhom mill-persekuzzjoni ta’ pajjiżhom.

Aħbarijiet Oħra
Air Malta

Il-Ministru għat-Turiżmu, Konrad Mizzi qal li fil-jiem li ġejjin se jitħabbru riżultati finanzjarji pożittivi għal-linja nazzjonali tal-ajru. Fil-ftuħ tal-fiera annwali tal-ivjaġġar, l-AMITEX, il-Ministru qal li l-viżjoni tal-Gvern hi li l-Air…

Politika

Fi Brussell, kien hemm ukoll il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, li attenda għal-laqgħa tal-kapijiet tal-partiti membri tal-Partit Popolari Ewropew. Stqarrija tal-Partit Nazzjonalista kkowtat lil Dr Delia jgħid li jeħtieġ li…

Politika

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li r-realtà fid-drama dwar Brexit hi li jiġri x’jiġri, l-UE se tkun qed ittawwal il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE b’ġimgħa biss, għax jekk il-ġimgħa d-dieħla il-Parlament…

Sport

Sens kbir ta’ sodisfazzjon u arja ta’ festa fost il-kontinġent Malti li kkompeta fil-logħob dinji tal-Ispecial Olympics. It-28 atleta b’diżabbiltà intellettwali ġejjin lura Malta b’erbgħin midalja, 12 minnhom tad-deheb. L-atleti…

Aktar