Lokali
Jirritorna l-presepju ħaj ta’ Betlem f’Għajnsielem

It-tħejjijiet għad-disa’ edizzjoni ta’ Betlem f’Għajnsielem jinsabu fl-aqwa tagħhom, hekk kif nhar il-Ħadd li ġej, l-10 ta’ Diċembru, dan il-villaġġ tan-Nattività ser jiftaħ uffiċjalment il-bibien tiegħu għall-pubbliku. Dan tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet tal-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana flimkien mas-Sindku u Kunsilliera tal-Kunsill Lokali ta’ Għajnsielem.

Animat b’aktar minn 150 attur

L-edizzjoni ta’ din is-sena se tkompli ssaħħaħ l-esperjenza unika tal-Milied f’Għawdex. Il-Ministeru għal Għawdex ra li l-attività Betlem f’Għajnsielem għandha tkompli ssir bil-kontribut tal-kunsill lokali, tal-parroċċa u tal-għaqdiet kollha ta’ Għajnsielem sabiex bħal kull sena tkun suċċess bi presepju mifrux fuq medda ta’ 20,000 metru kwadru ta’ art u animat b’aktar minn 150 attur.

Attrazzjoni li qed tkompli tikber u tattira udjenza kbira – il-Ministru Caruana

Il-Ministru Caruana rringrazzjat lis-Sindku Franco Ciangura u lill-Kunsill Lokali ta’ Għajnsielem tal-impenn li qed juru biex din l-attrazzjoni tkompli tikber u tattira udjenza minn sena għal oħra kif ukoll lil għadd ta’ voluntiera u għaqdiet volontarji li jipparteċipaw fiha.

Attrazzjonijiet ġodda għal din is-sena – is-Sindku ta’ Għajnsielem

Franco Ciangura, Sindku ta’ Għajnsielem, ta spjegazzjoni dettaljata tal-attrazzjonijiet ġodda li ġew varati għal din is-sena bi skop li t-tradizzjoni lokali tibqa’ sinonima u tissaħħah f’dawn il-jiem ta’ festi. Is-Sindku għamel stedina biex in-nies tattendi u tesperjenza xi ħaġa unika għal pajjiżna fejn it-tradizzjonijiet u l-kultura Maltin ġew amalgamati mal-istorja tan-Nattività.

Betlem f’Għajnsielem ser jiftaħ għall-pubbliku nhar il-Ħadd, 10 ta’ Diċembru 2017 u jibqa’ miftuħ sal-Ħadd, 7 ta’ Jannar 2018 fejn jgħalaq is-separju bil-wasla tat-3 Slaten Maġi u l-adorazzjoni tal-Bambin Ġesù.

Għal aktar informazzjoni, wieħed jista’ jżur is-sit ta’ Facebook – Betlem f’Għajnsielem.

Ara wkoll:

Betlem f’Għajnsielem ipoġġi lil Malta bħala l-aqwa destinazzjoni fid-dinja għal btajjel fil-Milied – CNN

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-ġimgħa għas-servizz pubbliku ssuktat bl-għoti ta’ rikonoxximent lill-impjegati għall-ideat li ressqu biex jitjieb l-operat tas-servizz pubbliku. Fost is-sitt uffiċjali pubbliċi ppremjati, Vannessa Caruana li hija learning support educator. Hi ħarġet…

Lokali

Il-Knisja Kattolika madwar id-dinja llum iċċelebrat għall-ewwel darba l-festa ta’ Marija Omm il-Knisja. Dan se jibqa’ jsir kull sena l-għada ta’ Għid il-Ħamsin, wara deċiżjoni tal-Papa Franġsiku li inkluda din…

Lokali

F’Malta l-għadd ta’ vetturi issa qed ilaħħaq it-873 għal kull elf persuna. Iż-żieda fil-vetturi ma tirriżultax biss f’aktar traffiku fit-toroq iżda f’effetti fuq is-saħħa tan-nies. Studju minn żewġ ekonomisti jikkonferma…

Lokali

Mitt jum mill-ġurnata mindu tanker żgħir registrat fit-Togo nkalja fuq il-blat qrib iż-żona Ta’ Fra Ben, fil-Qawra, beda x-xogħol biex it-tanker jinqala’ minn mal-blat. Dan wara li ħarġu l-permessi meħtieġa…

Aktar