Kurżitajiet
Titjira ddevjata wara li għamel straġi fit-toilets tal-ajruplan

Titjira minn Chicago għal Hong Kong kellha tiġi ddevjata lejn l-Alaska wara li passiġġier allegatament ċaflas ħmieġu f’kull rokna taż-żewġ kmamar tal-banju.

It-titjira tal-United Airlines kellha tbiddel ir-rotta wara l-inċident fejn qed jiġi allegat ukoll li l-passiġġier prova jifluxxja l-qmis.

L-identità tar-raġel ma ġietx żvelata.

Traduttur li pprova jintervista lir-raġel ta’ 22 sena li kien qed jivvjaġġa b’passaport Vjetnamiż u resident card permanenti tal-Istati Uniti, qal li kliem ir-raġel ma kienx jagħmel sens u lanqas kien jinftiehem.

Il-Pulizija qalu li ma setgħux iressqu lir-raġel billi ma kien wettaq xejn ta’ natura kriminali.

 

Aħbarijiet Oħra
Waqt il-Kafé

WAQT IL-KAFÉ… ma’ Joe Julian Farrugia   Il-mużika kulħadd iħobbha. Imma mhux kulħadd iħobb l-istess ġeneru. Fil-programm tiegħi fuq ir-radju ndoqq mużika popolari, l-aktar dik tas-snin tmenin. Iżda la tkun…

Barranin

Hekk kif ir-Renju Unit jinsab fuq l-għatba biex joħroġ mill-Unjoni Ewropea, il-qiegħa qed tisħon sew, anki fost il-pubbliku. Nies b’fehmiet differenti ħarġu fit-toroq biex jipprotestaw jew jagħtu l-appoġġ tagħhom lill-politiċi,…

Waqt il-Kafé

WAQT IL-KAFÉ… ma’ Joe Julian Farrugia   Meta konna żgħar, għall-bidu ta’ Novembru, tal-iskola kienu jagħtuna kaxxa tal-kartun kemmxejn ċatta, qisha gabarrè kbir li fiha kien ikollna ħafna pepprin tal-karta…

Aktar