Lokali
Titjiriet jittardjaw wara li seba’ bdoti rrappurtaw li ma jifilħux

Komplew it-turbulanzi fl-iskeda tat-titjiriet tal-Air Malta bil-linja nazzjonali huwa mifhum li qed tinvestiga r-raġunijiet wara l-allegat mard ta’ numru ta’ bdoti, li reġa wassal biex iktar titjiriet jittardjaw.

Sorsi qrib il-linja nazzjonali qalu lil TVM li seba’ bdoti illum irrappurtaw li ma jifilħux bil-konsegwenza li numru ta’ titjiriet kellhom jittardjaw. Għalkemm il-kumpanija ppruvat tissostitwixxi bi bdot li ma kinux xogħol, dawn kollha qalu li kellhom impenji oħra u ma setgħux jidħlu xogħol.

Minħabba dawn iċ-ċirkustanzi, it-titjira tal-lejla lejn Brussell se tittardja b’sagħtejn u nofs. L-istess sorsi qalu li l-frekwenza ta’ leave għall-mard qed tkun indirizzat b’serjetà. Intqal li filwaqt li l-Air Malta tibqa’ impenjata li tħares is-saħħa tal-impjegati kollha tagħha, qed ikunu ikkonsultati esperti mediċi biex jitħarsu l-interesi kemm tal-kumpanija kif ukoll tal-impjegati.

Id-dewmien ta’ titjiriet isegwi oħrajn li ġraw fl-aħħar jiem ukoll wara li numri ta’ bdoti ħarġu bis-sick leave.

Aħbarijiet Oħra

Il-viżjoni li tixpruna l-programm li tħejja għall-istaġun li jmiss ta’ Spazju Kreattiv taħseb biex tegħleb l-isfidi tal-Covid-19, bl-organizazzjoni ta’ 400 attività bis-sehem ta’ 320 artist u 17-il għamla ta’ arti…

Fil-Jum Dinji tat-Tindif, l-attivitajiet f’Malta kienu ffukati biex iwasslu messaġġ dwar il-ħsara li jagħmel il-plastik fil-baħar. Minn attivitajiet ta’ tindif f’erba’ bajjiet popolari, f’għodwa waħda nġabru ‘l fuq minn 150…

Aktar