Kurżitajiet
Titkeċċa l-kumpanija li tfassal l-‘underwear’ tar-Reġina

Kumpanija li kienet tissupplixxi ħwejjeġ ta’ taħt lir-Reġina tilfet il-warrant irjali wara li ppubblikat ktieb li żvela dettalji dwar ir-riċipetti rjali.

Rigby & Peller, kumpanija Ingliża li toħloq ħwejjeġ ta’ taħt lussużi ilha bil-warrant irjali mill-1960.

Il-warrant ġie rtirat wara li June Kenton, li kienet tfassal riċipetti għar-Reġina kitbet ktieb imsemmi ‘Storm in a D-Cup’.

Mrs Kenton qalet li ma kien hemm xejn fil-ktieb li huwa offensiv jew li jweġġa’ dak li jkun u qalet li d-deċiżjoni kienet waħda li ma temminx.

Buckingham Palace qal li mhux jikkummenta fuq l-ebda kumpanija partikolari.

Fi stqarrija, il-kumpanija qalet li tinsab immensament iddispjaċuta bid-deċiżjoni u ma xtaqitx tikkummenta aktar b’rispett lejn ir-Reġina.

Il-bijografija ta’ Kenton li ġiet ippubblikata f’Marzu tal-2017 tagħti dettalji taż-żjarat irjali tagħha.

Kenton qalet li Buckingham Palace sitt xhur ilu qalulha li ma kienx f’loku l-ktieb u ma niżilx tajjeb mal-familja rjali.

Hija qalet li fil-ktieb ma tiżvelax x’kien jiġri wara l-kwinti u x’kienet tagħmel mar-Reġina u mal-Prinċipessa Margaret. Kenton jiddispjaċiha li ma kkonsultatx mal-Palazz Buckingham qabel ipubblikat il-ktieb.

Aħbarijiet Oħra
Barranin, Kurżitajiet

Jekk kont se tagħtas, iżżommhiex, ħallieha toħroġ għax tista’ tagħmel ħsara lilek innifsek! Ingliż ta’ 34 sena tgħallem il-lezzjoni għal ħajtu kollha meta kellu jqatta’ ġimgħatejn l-isptar minħabba li sofra…

Barranin, Kurżitajiet

Timmaġinak tgħix fl-iksaħ post fid-dinja?  Din ix-xitwa r-raħal Russu ta’ Oymyakon se jirreġistra temperatura rekord. Dan hekk kif it-termometru qed ikejjel l-iktar temperaturi kesħin li qatt ġew irreġistrati f’dan ir-raħal…

Kurżitajiet

Hemm min jgħid li l-midja soċjali tiffaċilitalu ħajtu u hemm min jgħid li sar skjav tagħha. L-aktar li tolqot huwa bla dubju liż-żgħażagħ li saħansitra jsibu ruħhom jiċċekkjaw il-midja soċjali…

Aktar