Qorti
Titkellem fil-qorti t-tfajla li ġiet stuprata minn kuġinuha

Il-ġuri ta’ raġel ta’ 25 sena li qed jiffaċċja akkużi li abbuża sesswalment u stupra lill-kuġintu, semgħa x-xhieda tat-tfajla li llum għandha sittax-il sena u li allegatament kienet ilha tiġi fastidjata mindu kellha seba’ snin u ġiet stuprata ta’ għaxar snin.

Fix-xhieda tagħha b’video conference, it-tfajla qalet li l-avvenimenti li seħħew ħallew impatt negattiv. Meta l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera staqsietha għaliex stenniet seba’ snin qabel tkellmet, it-tfajla qalet li ma kellhiex kuraġġ u kienet tibża’ li titkisser il-familja. Hija qalet li tkellmet l-ewwel darba wara li nkoraġġiha l-eks sieħeb tagħha u għamlet appuntament mal-guidance teacher.

Mistoqsija mill-Imħallef, dwar x’tifhem b’abbuż, it-tfajla wieġbet li tkun sfurzata tgħamel xi ħaġa kontra r-rieda tagħha kif kienet imġiegħla tagħmel minn kuġinha minn darba sa darbtejn fix-xahar. It-tfajla ddeskriviet ukoll meta kuġinha stupraha fil-kamra tal-ħasil meta kellha 10 snin u kuġinha kellu 17-il sena. Qalet li wara dik id-darba, kuġinha pprova jerġa’ jkollu x’jaqsam magħha darb’oħra iżda hi ma ħallitux. Mistoqsija dwar relazzjonijiet ma’ boyfriends tagħha, hija wieġbet li m’għamlet xejn mill-affarijiet li esperjenzat ma’ kuġinuha.

Fit-tieni jum tal-ġuri xehedu wkoll omm it-tfajla u l-guidance teacher. L-omm iddeskriviet lil bintha bħala tifla kwieta, riżervata u li ma kinetx taqla’ nkwiet. Qalet li qatt ma nnutat xejn, li bintha qatt ma qaltilha bl-abbuż u li dak kollu li taf, saret tafu mingħand il-pulizija.

Il-guidance teacher xehed dwar l-ewwel laqgħa li fiha t-tfajla kixfet l-allegat abbuż. Mistoqsi mill-avukat difensuri għaliex ma investigax jekk hux minnu dak li qed tgħid it-tfajla qabel irrefa l-każ lill-Appoġġ, il-guidance teacher wieġeb li mhux xogħlu li jinvestiga iżda xogħlu hu li jagħti appoġġ emozzjonali u psikoloġiku.

Ara wkoll:

Żagħżugħ akkużat li kien ilu seba’ snin jabbuża lil kuġintu

Aħbarijiet Oħra
Sajd

Idejh jafu jinsġu l-qasab għan-nases, anke b’għajnejh magħluqa. Bis-sengħa tan-nases fid-demm, Ġanni Xuereb, magħruf bħala Ġanni l-Pipi, illum jgħodd iktar minn 80 sena, u għadu ma telaqx in-namra max-xogħol tiegħu, …

Edukazzjoni

Is-sajf wasal biex jintemm u dħalna fl-aħħar ġimgħa qabel ma jerġgħu jibdew l-iskejjel. Iżda x’inhuma s-sentimenti tal-ġenituri u l-istudenti dwar l-bidu tas-sena skolastika ġdida? TVM tkellem mal-ġenituri u l-istudenti. Mal-wieħed…

Lokali

Waqt l-aħħar tislima li ngħatat lil Enrica lbieraħ fil-knisja ta’ San Ġiljan, inġabru €10,000 għal Puttinu Cares. Enrica kienet tgħożż il-familja ta’ Puttinu li tant tawha kuraġġ u sabar waqt…

Edukazzjoni

The Rotary Malta Clubs are calling for applications from residents of Malta wishing to pursue a post-graduate degree. The scholarship offered to Maltese residents is worth $ 30,000 and is…

Aktar