Lokali
Titla’ l-polza ta’ kif ser jitkantaw il-kanzunetti tal-MJESC 2020

Il-Ħamis, it-12-il finalista tal-Malta Junior Eurovision Song Contest kellhom l-ewwel laqgħa virtwali mal-organizzaturi.  F’din il-laqgħa ttellgħet il-polza biex tiġi stabbilita l-pożizzjoni ta’ kif ser ikunu qed jitkantaw il-kanzunetti.

Minħabba s-sitwazzjoni li ġabet magħha l-pandemija, din is-sena l-kanzunetti ser ikunu qegħdin jiġu rrekordjati b’mod dirett bil-għan li jixxandru fuq TVM fid-19 ta’ Settembru.  Waqt dan ir-recording ser ikun hemm ġurija fuq il-post biex tagħti l-ewwel 50% tal-voti u l-50% tal-voti l-oħra ser ikunu ġejjin mit-Televoting.

Il-kanzunetti ser ikunu qed jitkantaw f’din l-ordni:-

Kanzunetta Isem Kunjom
1 Angli Leah Cauchi
2 REPLAY Michela Caruana
3 Modern Day Cinderella Emma Cutajar
4 Change the Silence Mariah Cefai
5 Chasing Sunsets Chanel Monseigneur
6 Moving Anneka Xerri
7 The Child From Inside Mychael Bartolo Chircop
8 Deck of Cards Yulan Law Gianluca Cilia
9 Anywhere Leah Mifsud
10 Made Of Stars Kaya Gouder Curmi
11 Beside Me Isaac Tom
12 Only Live Once Zaira Mifsud Eksenia Sammut