Kurżitajiet
Titlef id-dwiefer ta’ saqajha wara li marret għal pedicure

Mara li marret għal dak li bħalissa huwa in voga – il-fish pedicure – spiċċat biex tilfet id-dwiefer ta’ saqajha.

Wara xi sitt xhur mit-trattament, il-mara bdiet tinnota bidla fid-dehra tad-dwiefer ta’ saqajha.

It-tabib li ra l-mara kkonkluda li l-Garra rufa – l-ispeċi ta’ ħuta li tgerrem il-ġilda mejta minn mas-saqajn wasslet għall-problema.

It-tabib qal li l-mara qabadha infezzjoni li affettwatilha d-dwiefer ta’ saqajha.
Dan ma kienx każ iżolat – fid-dinja medika ġew irrappurtati każijiet oħra simili fejn, żmien wara t-trattament, immanifestat ruħha infjammazzjoni fid-dwiefer.
Dak li jikkawża tali infezzjoni, skont id-Dipartiment għas-Sajd u l-Akkwakultura tar-Renju Unit, huwa mikrobu li jattakka u jifleġ il-ħut li jintuża f’dan it-trattament tas-sbuħija. Mill-ħut, il-mikrobu mbagħad jittieħed u jaf iwassal għal infezzjonijiet bħalma qabadha din il-mara.
Aħbarijiet Oħra
Barranin

Anzjani fil-Kanada kellhom iktar minn sempliċi indiġestjoni wara ikla fiċ-ċentru tal-komunità tagħhom f’Whitestone. Uħud mill-anzjani kellhom jingħataw assistenza medika meta bdew iħossuhom storduti jew bdew jirremettu. Mill-investigazzjonijiet ħareġ li l-anzjani kienu…

Barranin

L-attriċi Emilia Clarke, li tinterpreta l-parti tal-prinċipessa Daenerys Targaryen fis-serje televiżiva Game of Thrones, żvelat li kienet f’xifer il-mewt waqt li kienet qed tinġibed is-serje. Clarke, li għad għandha biss…

Barranin

Il-Pulizija Ġermaniża arrestat 10 persuni fuq suspett li kienu qed jikkomplottaw attakk terroristiku. L-arresti saru wara li 200 uffiċjal tal-pulizija għamlu diversi raids f’Hesse u Rhineland-Palatinate. L-irġiel kienu qed jikkomplottaw biex…

Barranin

L-investigatur Robert Mueller li tħarreġ l-konessjonijiet u l-allegat influwenza li r-Russja kellha fuq l-eżitu tal-elezzjonijiet presidenzjali tal-2016, ikkonkluda r-rapport kunfidenzjali u ppreżentah lill-avukat ġenerali William Barr. Ir-rapport li jtemm investigazzjoni…

Aktar