Lokali
Titlesta l-parti tas-sur tal-Belt li tinsab qrib il-grawnd tal-futbol Salinos

Tlesta r-restawr fuq il-parti tas-sur tal-Belt li tinsab qrib il-grawnd tal-futbol Salinos. Dan ix-xogħol tmexxa mid-Direttorar għar-Restawr.

Tlesta x-xogħol ta’ restawr fuq il-kontrogwardja ta’ San Ġwann fil-Belt, fl-inħawi fejn hemm il-ground tal-football Salinos li jintuża minn nursery tal-tim tal-futbol tal-kapitali.

Il-Perit mid-Direttorat tar-Restawr, li kien responsabbli mix-xogħlijiet, Mark Azzopardi, spjega li din il-parti tal-foritifkazzjoni kienet fi stat ta’ periklu minħabba li kienu qed jaqgħu biċċiet tal-ġebel. Spjega li tneħħew siġar li kienu qed jikbru minn ġos-sur.

“Għamilna intervent fuq il-platform ta’ fuqna biex ma jidħolx ilma tax-xita meta tagħmel ix-xita ovvjament allura kienu jikbru s-siġar għax kien ikun hemm l-ilma. L-intervent l-iżjed importanti kienet proprju din il-kantuniera hawnhekk. U kien hemm interventi oħrajn bħal bdil ta’ ġebel, dorna l-fili, għalaqna s-sur innifsu hanwekk u anke f’postijiet oħrajn,” qal il-Perit mid-Direttorat tar-Restawr Mark Azzopardi.

Is-Sindku tal-Belt, Alfred Zammit qal li kull intervent li jsir fuq il-binjiet soriċi huma valur miżjud għall-kapitali, li hi rikonoxxuta mill-UNESCO bħala patrimonju ta’ wirt dinji. Qal li l-200 tifel li jitħarrġu f’dan il-ground se jkollhom ambjent aħjar u aktar sigur.

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, Josè Herrera ġibed l-attenzjoni li din kienet parti mis-swar tal-Belt li kienet għada ma ġietx restawrata. Jonqos biss li jitneħħew il-wires tal-elettriku u komunikazzjoni li se jiġu mogħdija taħt l-art.