Pulizija
Titlob biex ma jintefax kulħadd fl-istess keffa

Il-Malta Police Association talbet lill-pubbliku biex ma jitfgħux lill-membri kollha tal-Korp fl-istess keffa.

Dan l-assoċjazzjoni qalitu fid-dawl tal-allegat irregolaritajiet fit-taqsima tat-traffiku, liema każ qed jiġi investigat.

L-MPA qalet li għalkemm hija konxja mir-responsabbiltajiet tagħha ma setgħetx ma tikkummentax dwar il-fatt li mal-ħażin dejjem jeħel it-tajjeb. L-għaliex sfortunatament, il-każ tefa’ dell ikrah fuq il-membri tal-Korp kollha.

L-MPA qalet li tħoss id-dmir tagħha li f’dawn iż-żminijiet li ddeskriviet bħala xejn feliċi għall-Korp tal-Pulizija, turi solidarjetà mal-eluf ta’ membri tal-Korp li dejjem għamlu x-xogħol tagħhom b’dedikazzjoni u b’mod onest.

Hija qalet li għall-kuntrarju tal-perċezzjoni fil-konfront tal-Korp tal-Pulizija, il-ħażin ta’ ftit uħud ma jistax iħassar il-ħafna xogħol fejjiedi tal-eluf oħra li dejjem kienu onesti u qed jaqdu dmirijiethom.

Aħbarijiet Oħra
Infrastruttura

L-ewwel parti tal-proġett tas-Central Link li se tkun lesta hi dik minn quddiem il-ħruġ, faċċata tal-Palazz ta’ Sant’Anton sa Wied Inċita f’Ħ’Attard. Il-Ministru Ian Borg qal li din il-parti mistennija…

Ekonomija u Finanzi

Diversi kumpaniji lokali li għandhom l-ishma u l-bonds tagħhom ikkwotati fil-borża fl-aħħar jiem infurmaw lis-suq bil-pożizzjoni tagħhom, anke biex iserrħu moħħ l-investituri dwar l-investiment tagħhom. Il-borża ta’ Malta, bħas-swieq finanzjarji…

Kronaka

Filmat li kiseb TVM juri parti mill-vjaġġ tat-trakk li llum għamel ħerba fil-Mellieħa wara li laqat minn tal-anqas ħames vetturi oħra. It-trakk, misjuq minn raġel ta’ 29 sena, jidher isuq…

COVID-19

Minn din il-ġimgħa, l-iskype beda jintuża fil-ħabs biex priġunieri jagħmlu kuntatt limitat u b’ħarsien tar-regolamenti mal-familjari. Il-miżura tikkumpensa d-deċiżjoni li minħabba l-imxija tal-coronavirus, il-qraba ma jistgħux iżuru lill-priġunieri. Fil-ħabs qed…

Aktar