Stejjer Umani
Titlob l-għajnuna wara li spiċċat tgħix fil-karozza ma’ wliedha żgħar u l-kelb tagħha

Problema soċjali kumplessa wasslu biex omm żagħżugħa b’żewġt itfal u kelb tispiċċa torqod f’karozza u tgħajjex lill-uliedha b’€500 fix-xahar. L-omm stqarret li ma setgħetx tmur f’shelter offrut mill-appoġġ minħabba fost oħrajn il-kelb u għadha tittama li tingħata akkomodazzjoni soċjali biex tibda paġna ġdida f’ħajjitha.

Omm ta’ żewġt itfal żgħar li se nsejħulha Jacqueline, spiċċat bla saqaf fuq rasha u qalet lil TVM li ilha mill-bidu ta’ Lulju tgħix f’karozza flimkien mal-kelb tagħhom.

“Niġri bit-tfal biex naħsilhom imur fejn il-beaches fejn hemm ix-showers, biex nipproteġihom mix-xemx immur ġo shopping complex, filgħaxija neħodhom sal-baħar u norqdu fil-karozza” qalet Jacqueline.

Stqarret li l-uniku ntrojtu tagħha huwa €500 bejn flus tar-relief u manteniment minn missier uliedha. Tgħid li qed tgħix ħajja diffiċli għax fiċ-ċirkostanza lanqas tista’ taħdem.

“Per eżempju filgħodu nagħmillhom is-cereal, imbagħad nixtrilhom il-yogurt, imbagħad nixtrilhom il-banana” qalet Jacqueline.

Jacqueline qalet li fittxet l-għajnuna inkluż l-Appoġġ li qalulha li ma tistax tidħol f’shelter bil-kelb magħha.

“U jien dik hija parti mill-familja tiegħi u ma nistax indaħħalha.”

Mistoqsija dwar missier uliedha, Jacqueline qalet li wara l-ewwel wild bdew jinqalgħu l-problemi u biex issalva l-familja tat ċans iżda fil-frattemp ħarġet tqila bit-tieni wild u l-affarijiet komplew sejrin għall-agħar. Qalet li missier it-tfal ma jridx jaf bihom. Qalet li ħabbtet il-bieb ta’ xi familjari li iżda qalulha li ma setgħetx tgħix fit-tul magħhom minħabba problemi ta’ saħħa.

“Ktibt żewġ ittri lill-awtoritajiet, ma tawx każ għax jien kellimt iktar minn 20 persuna, u għalxejn għalquli l-bibien f’wiċċi, sorry ngħid imma ma sibtx għajnuna mingħand ħadd” kompliet tgħid Jacqueline.

Jacqueline tgħid li bid-dħul tagħha lanqas tista’ tikri u tittama li tikseb akkomodazzjoni soċjali.

“Jgħidu li m’hawnx postijiet, imma postijiet naħseb li hawn, mara vulnerabbli li qiegħda b’żewġt itfal bil-pet ġo karozza kemm tista’ tkun gravi aktar minn hekk?” qalet Jacqueline.

Temmet tgħid li x-xewqa tagħha hi li jkollha darha u malli ż-żewġ itfal jidħlu l-iskola, toħroġ taħdem ħalli jkollha minn fejn trabbi lill-uliedha aħjar.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat assigura li l-abbozz ta’ ftehim finali li se jiġi ppreżentat għall-ftehim mal-grupp Corinthia se jindirizza t-tħassib ġenwin li tqajjem minn kwartieri differenti. Mistoqsi dwar il-valur tal-art,…

Lokali

X Factor Malta ħabbar li r-rebbieħ ta’ The X Factor UK 2018, Dalton Harris se jkun il-mistieden speċjali għall-finali ta’ X Factor Malta. Dalton Harris flimkien ma’ James Arthur nedew…

Brexit

Il-Prim Ministru Joseph Muscat fil-Parlament fisser il-passi li qed jieħu l-Gvern f’każ li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea mingħajr ftehim. Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia ddikjara li l-Oppożizzjoni tappoġġja l-ftehim bejn…

Parlament

Laqgħa imqanqla tal-Kumitat Parlamentari għall-Kontijiet Pubbliċi ġiet sospiża wara li ntalbu żewġ rulings differenti mill-Ispeaker fuq jekk xhud għandux jitħalla jaqra dikjarazzjoni qabel isirulu l-mistoqsijiet. Il-Kumitat kellu jisma’ x-xhieda tad-deputat…

Aktar