Qorti
Titnaqqas il-piena tal-ħabs lill-mara li ħaqret żewġ anzjani

Il-mara mis-Serbja li iktar kmieni din is-sena nstabet ħatja li ħaqret żewġ anzjani sakemm mietu, kellha l-piena ta’ ħabs imnaqqsa mill-Qorti tal-Appell.

F’April li għadda Dragana Mijalkovic kienet ikkundannata ħames snin u nofs ħabs talli kkaġunat tbatija li wasslet għall-mewt ta’ David Grant ta’ 67 sena u Neville Ayers ta’ 78 sena, li kienu jgħixu magħha f’appartament f’Buġibba.

Fl-appell hija sostniet li ma kinitx ingħatat smigħ xieraq, fosthom għax ma kellhiex interpretu l-ħin kollu, ma kellhiex avukat f’żewġ stqarrijiet li tat lill-pulizija, li l-espert mediku kien l-istess wieħed li nħatar fl-inkjesti, u li l-ispejjeż tal-esperti ma ġewx ikkalkulati sew.

Il-Qorti tal-Appell, ippreseduta mill-Imħallef Consuelo Scerri Herrera, laqgħet l-argumenti ta’ Mijalkovic dwar l-istqarrijiet u l-ispejjeż, iżda ċaħdet il-kumplament.

Il-Qorti tal-Appell iddikjarat ukoll li l-ewwel Qorti kienet korretta meta qatgħetha li Mijalkovic kienet naqset fi dmirha li tieħu ħsieb liż-żewġ anzjani li żammet jgħixu magħha, iżda fl-istess waqt ma kinitx ġiet ippruvata r-rabta bejn in-nuqqasijiet tagħha u l-kawża tal-mewt tal-anzjani.

Għal din ir-raġuni l-Qorti naqqset il-piena tal-ħabs minn ħames snin u nofs għal erba’ snin, u naqqset ukoll l-ispiża tal-esperti minn €14,518 għal €5,168.

Il-Qorti kkonfermat li Mijalkovic għandha titkeċċa minn Malta meta tiskonta s-sentenza tal-ħabs.

Ara wkoll:

Kienet tieħu filmati tal-anzjani magħdura mal-art u għarwenin

Aħbarijiet Oħra
Infrastruttura

Bdiet tieħu l-forma triq ġdida, li skont il-pjani ta’ Infrastructure Malta, sa erba’ xhur oħra se tkun tista’ tibda tintuża mill-eluf ta’ vetturi li mill-Imrieħel jitilgħu ‘l fuq, lejn ir-Rabat…

Safar

Wara li tard ilbieraħ il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli ħabbret li l-Maltin se jkunu jistgħu jżuru 19-il pajjiż meta l-ajruport jerġa’ jibda jopera titjiriet normali mill-1 ta’ Lulju, illum il-Prim…

COVID-19

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci, qalet li s-sitwazzjoni tal-Covid-19 kienet ikkontrollata f’Malta, fejn għalkemm ħafna nies inżammu d-dar iżda tpoġġew fi kwarantina. Semmiet il-fatt li l-RT erġajna niżżilniha, u din…

COVID-19

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li l-pajjiż rebaħ il-gwerra kontra l-Covid-19. F’konferenza tal-aħbarijiet Dr Fearne qal li ma jfissirx li għax pajjiżi oħra għadhom fil-gwerra, Malta…

Aktar