Qorti
Titnaqqas is-sentenza ta’ żewġ infermiera li nstabu ħatja li kkaġunaw il-mewt ta’ pazjent

Infermier u nursing aide fl-Isptar Karin Grech li nstabu ħatja li kkaġunaw il-mewt ta’ John Darmanin ta’ 64 sena meta ħallewh jiekol waħdu bil-konsegwenza li faga, kellhom is-sentenza tagħhom imnaqqsa fl-istadju tal-appell.

L-infermier David Sant kien weħel multa ta’ €7,000 bil-Qorti tal-Appell tnaqqas il-multa għal €4,000 u n-nursing aide, Carol Bonnici kienet weħlet multa ta’ €4,000 li tnaqqsitilha għal €2,000.

Il-Qorti tal-Appell ikkonkludiet li l-mewt tal-pazjent ma setgħetx tiġi attribwita biss għall-appellanti.