Lokali
Titnaqqas is-sentenza taż-żagħżugħ Malti li qatel raġel fil-Polonja

Iż-żagħżugħ Malti ta’ 17-il sena li tajjar u qatel liċ-ċiklist Pollakk lura f’Ġunju tal-2018, kellu s-sentenza tiegħu imnaqqsa wara appell mal-Qorti ta’ Warsaw.

Iż-żagħżugħ, li fil-midja Pollakka ssemma biss bħala Piero C, tilef il-kontroll tal-vettura tiegħu u laqat liċ-ċiklist ta’ 77 sena, waqt li kien qed isuq fi triq dejqa f’Warsaw. Hu kien qed isuq id-doppju tal-limitu tal-veloċità, mingħajr liċenzja, u intqal li kien taħt l-effett tal-kannabis.

Oriġinarjament, iż-żagħżugħ ingħata sentenza ta’ erba’ snin ħabs u ma jistax isuq għal għomru. Wara l-appell, is-sentenza naqset għal tliet snin u nofs priġunerija, u għaxar snin mingħajr liċenzja tas-sewqan.

Dan wara li l-Maġistrat innotat li ż-żagħżugħ Malti kien għamel użu mill-kannabis, iżda ma kienx taħt l-infuwneza tagħha.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

F’dan iż-żmien tal-imxija tal-COVID-19 huma ħafna li qed juru l-apprezzament tal-ħidma fost l-oħrajn tal-infermiera u t-tobba. Saru diversi attivitajiet sabiex jintwera l-apprezzament għal dawk li jinsabu fuq quddiem fil-ġlieda kontra…

Pulizija

L-Assoċċjazzjoni tal-Pulizija Maltija kkundannat kull insult li għaddejj bħalissa fuq il-pulizija li tellgħet filmati fuq Tik Tok. Fi stqarrija fuq Facebook, l-Assoċjazzjoni qalet li tibqa’ tisħaq fuq aktar dixxiplina fil-Korp….

COVID-19

Il-Bank of Valletta qed javża li għada s-Sibt 30 ta’ Mejju, ħames Fergħat f’Malta u Aġenzija f’Għawdex se jkunu miftuħa bejn id-9.00am u 12.30pm. Il-lokalitajiet minn fejn tista’ tinqeda għada…

Aktar