Lokali
Titnieda app biex il-pubbliku jgħaddi s-suġġerimenti tiegħu għall-Baġit 2020

Fil-Budget għall-2014 il-Ministru għall-Finanzi, Edward Scicluna kien ħabbar bonus għal min ma ħallasx biżżejjed kontribuzzjonijiet biex ikun eliġibbli għal pensjoni wara li xi ħadd kien ressaq suġġeriment b’email.

Bil-għan li jiffaċilità l-mod kif il-pubbliku jressaq is-suġġerimenti tiegħu, għall-Budget 2020 li se jiġi ppreżentat fl-14 t’Ottubru li ġej, il-Ministeru għall-Finanzi għadu kif nieda mobile app li tista’ titniżżel bla ħlas kif spjegatilna l-analista ekonomika fil-Ministeru, Angela Buttigieg.

“L-app hija sempliċi ħafna biex tintuża, tistaqi biss tliet affarijiet – l-età, il-ġeneru u post fejn qegħdin tikteb l-ideat tiegħek, kif tagħmilhom tagħfas submit u l-idea tidħol awtomatikament għand il-Ministeru għall-Finanzi fejn hemm team apposta li jien parti minnu fejn se nevalwaw dawn l-ideat u naraw jekk humiex fattibli u vijabbli li jidħlu fil-Budget”

Angela Buttigieg ħeġġet lill-pubbliku biex iressaq l-ideat kemm jista’ jkun malajr qabel it-tfassil tal-miżuri tal-budget u appellat biex l-app tintuża biss għall-proposti realistiċi li jistgħu jiddaħlu fil-budget.

Bħala parti mill-konsultazzjoni mal-pubbliku qabel il-budget, fl-aħħar jiem il-Ministeru organizza wkoll sensiela ta’ laqgħat li matulhom il-pubbliku kellu l-opportunità jressaq proposti u jekk xi ħadd ma setax jattendi, issa se jkun jista’ jibgħat l-ideat b’din l-app.

Aħbarijiet Oħra
Immigrazzjoni

Kelliem għall-Forzi Armati ta’ Malta qalet li l-Guardia Costiera Taljana m’għandhiex permess iddaħħal f’Malta 90 immigrant li ġew salvati dal-lejl. Il-Forzi Armati jisħqu li kienu qed isegwu s-sitwazzjoni tal-immigranti li…

Edukazzjoni

Charles Caruana Carabez, Kummissarju għall-Edukazzjoni fl-Uffiċċju tal-Ombudsman, qal li se jibda jinvestiga l-isfida dejjem tikber tan-nuqqas ta’ għalliema fis-sistema tal-edukazzjoni, li fi kliemu tinsab f’xifer ta’ kriżi. Waqt li kien…

Edukazzjoni

Skola partikolari li ddeċidiet li tibda tibgħat iċ-ċirkolari lill-ġenituri bl-Ingliż biss ħolqot dibattitu jaħraq fuq il-midja soċjali. Kien l-awtur Trevor Zahra li fuq Facebook ippubblika parti miċ-ċirkolari ta’ din l-iskola…

Enerġija

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li minkejja ż-żieda fil-prezz taż-żejt wara l-attakki li seħħew fuq il-faċilitajiet taż-żejt fl-Arabja Sawdija, il-Gvern mhux qed jippjana li jgħolli l-kontijiet. Il-Prim Ministru qal dan…

Aktar