Lokali
Titnieda konsultazzjoni dwar l-istandards soċjali regolatorji għas-servizzi ta’ respite għal persuni b’diżabilità

Is-Segretarjat Parlamentari għall-Persuni b’Diżabilità Anthony Agius Decelis nieda għal konsultazzjoni pubblika l-istandards li għandu jkun hemm fis-servizzi tar-respite provduti minn entitajiet privati u volontarji bil-għan li s-servizz ikun regolat u ta’ kwalità.

L-operaturi kemm fis-settur privat kif ukoll għaqdiet li jipprovdu s-servizz ta’ respite lil familji li għandhom persuni b’diżabiltà qed jintalbu jagħtu l-fehmiet tagħhom dwar standards regolatorji li wieħed jistenna li jkun hemm f’dawn is-servizzi li se jiġu liċenzjati.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità għall-Istandards tal-Ħarsien Soċjali Matthew Vella qal li l-linji gwida huma bbażati fuq seba’ prinċipji bbażati fuq il-prinċipji ta’ dinjità, il-privatezza, l-għażla u t-twettiq tal-potenzjal tal-individwu. Qal li dawn l-istandards għandhom jgħinu kemm lil persuni b’diżabilità kif ukoll lill-carers tagħhom għax huma mmirati li jtejbu l-kwalità tas-servizz offrut. Is-sur Vella qal li għandu jkun hemm ftehim iffirmat bejn l-operaturi u dawk li jingħataw is-servizz.

Matthew Vella qal “bħala Awtorità aħna responsabbli mill-moniteraġġ, naħdmu bi djalogu u kollaborazzjoni sħiħa ma’ service providers differenti. Kull service provider qiegħed fi proċess li jingħata liċenzja biex jopera fis-servizz ta’ wens soċjali u żgur li qed nagħmlu moniteraġġ minn persuni kompetenti f’dan is-settur”.

Is-Segretarju Parlamentari Anthony Agius Decelis qal li b’dawn l-istandards għandhom iserrħu moħħhom li l-persuni b’diżabilità ser jingħataw servizz tal-għola kwalità. Is-sur Decelis qal li l-Gvern ser jinvesti aktar f’dawn is-servizzi li jagħtu nifs lil qraba tal-persuni b’diżabiltà.

Anthony Agius Decelis qal “il-Gvern fil-budget tal-2019 investa miljun Ewro biex il-Gvern flimkien mas-settur privat qiegħed joffri 7,600 ġurnata permezz ta’ 21 slot li għandu lill-persuni b’diżabilità severa ħalli l-ġenituri tagħhom ikunu jistgħu jużaw din il-faċilità”.

Is-Segretarju Parlamentari ħeġġeġ lil kull min għandu għal qalbu s-settur tad-diżabilità biex sal-aħħar tas-sena jibgħat il-kummenti u s-suġġerimenti tiegħu dwar dak li qed jiġi propost fil-linji gwida u fl-abbozz legali.

Aħbarijiet Oħra
Unjoni Ewropea

Il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea se jfisser mas-sittin biljun ewro inqas fil-Budget li jmiss tal-Unjoni Ewropea li jkopri s-seba’ snin li ġejjin. Il-President tal-Kunsill Ewropew, Charles Michel qed jipproponi li…

Politika

Il-Partit Nazzjonalista permezz tal-kelliem tiegħu Edwin Vassallo wera tħassib li fi kliemu għexieren ta’ bdiewa se jiġu żgumbrati mill-għelieqi tagħhom biex issir estensjoni tal-miżbla fil-Magħtab. Huwa qal dan wara l-avviż…

Politika

Waqt laqgħa f’Kastilja mal-Kunsill Konsultattiv għad-Drittijiet tan-Nisa, il-Prim Ministru Robert Abela qal li l-prijorità tal-Gvern hi li jżid l-għadd ta’ nisa fil-Parlament, u li jara sehem iktar attiv tan-nisa fil-ħajja…

Saħħa

Walking Malta huwa proġett ta’ riċerka li ilu għaddej sentejn mill-Istitut tal-Università dwar it-tibdil fil-klima u l-iżvilupp sostenibbli bl-appoġġ tal-Kunsilli Lokali ta’ Msida, Gżira, Birkirkara u San Ġwann. Permezz ta’…

Aktar