Lokali
Titnieda l-aġenzija kulturali għall-Belt Valletta

Tnediet l-aġenzija kulturali għall-Belt Valletta. Din l-aġenzija se timxi fuq il-legat u l-kisbiet tal-Fondazzjoni Valletta 2018 li minn stħarriġ irriżulta li fil-proġetti kollha li waslu għall-Valletta 2018 ġew investiti €167 miljun fi proġetti kapitali. Ċifri juru wkoll li b’riħet l-attivitajiet li saru fil-Belt żdiedu mal-250 post tax-xogħol fl-industrija tal-ospitalità fil-Belt.

L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta se tibni fuq dak li sar mill-Fondazzjoni Valletta 2018 bl-Aġenzija se tkun responsabbli biex issaħħaħ il-ħajja kulturali fil-kapitali permezz ta’ programmi b’attivitajiet kreattivi li se jsiru ma’ artisti u għaqdiet kulturali oħra. Iċ-Chairman tal-Fondazzjoni Valletta 2018, Jason Micallef, li se jkun iċ-Chairman tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, qal li minn stħarriġ li sar, jirriżulta li fil-proġetti kollha li waslu għall-Valletta 2018 ġew investiti €167 miljun. Qal li b’dan l-investiment kapitali, il-viżibbilità tal-Belt żdiedet b’ħames darbiet madwar l-Ewropa kollha waqt li nħolqu mijiet ta’ impjiegi ġodda fl-ekonomija kreattiva.

Is-sur Micallef qal li fl-aħħar sitt snin il-Belt ingħatat spinta ‘l quddiem fosthom bl-attività li sar hemm fi strada stretta u s-suq tal-Belt. Kompla jgħid li bit-twaqqif tal-aġenzija kulturali għall-Belt Valletta, se jkun hemm kontinwità bl-għan li aġenzija tindokra ħafna mill-attivitajiet li jgħaqqdu komunitajiet differenti.

Il-Ministru tal-Kultura Owen Bonnici qal li fit-triq għall-Valletta 2018 sar investiment marbut mal-wirt kulturali u dan jinkludi restawr fil-forti Sant’Iermu, it-twaqqif tal-MUŻA, restawr fil-palazz tal-Granmastru, il-funtana tat-Tritoni u €20 miljun f’xogħlijiet fil-pjazez u l-ġonna.

Il-Ministru Bonnici qal “aħna dejjem tkellimna dwar il-legat ta’ Valletta 2018 fejn aħna ma ridniex li din tkun sena ta’ ħdima kulturali, jiġi Diċembru, nitfu d-dawl u nagħlqu l-bibien, imma riedna li nkomplu għaddejjin bil-wirt li ħallejna fis-snin ta’ qabel. Dan biex jitkompla l-legat li beda fis-snin li għaddew għaliex aħna nemmnu li l-Belt Valletta ħaqqha l-aqwa u l-iktar ħaġa sabiħa fis-settur kulturali.”

Il-Ministru Bonnici qal li l-istatistika tal-JobsPlus turi li x-xogħol fl-industrija tal-ospitalità tal-Belt kiber b’62% bejn l-2012 u l-2018. Il-Ministru qal li dan ifisser 250 post tax-xogħol ġdid fl-industrija tal-ospitalità fil-Belt.

Aħbarijiet Oħra
Statistika

L-għadd ta’ inċidenti rrappurtati fl-ewwel tliet xhur tas-sena żdiedu b’aktar minn 8% meta mqabbla mal-istess perjodu s-sena li għaddiet. Skont l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, bejn Jannar u Marzu kienu rappurtati 3,656…

Unjoni Ewropea

Wara li lbieraħ bdew jivvutaw l-Ingliżi u l-Olandiżi, illum kien imiss lill-Irlandiżi u ċ-Ċeki biex joħorġu jivvutaw biex jaħtru d-deputati Ewroparlamentari. Fir-Repubblika Ċeka l-votazzjoni maqsuma fuq jumejn bil-għan li t-turnout…

Aktar