Divertiment
Titnieda l-ewwel edizzjoni tal-Malta India Film Festival

Il-Malta India Film Academy se tniedi l-ewwel edizzjoni tal-Malta India Film Festival li se jsir f’Malta bejn l-14 u s-16 ta’ Diċembru 2018. Il-festival, l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu, se jkun miftuħ għal dawk li jipproduċu l-films madwar id-dinja u li jkollhom element Malti jew Indjan fil-film.

Il-Festival se jistieden iskrizzjonijiet fil-ġeneri differenti taċ-ċinema u se jinkludi kategoriji ta’ Feature Film, Short Film u Dokumentarji. Is-sett ta’ films li se jkunu magħżula, kif gradati mill-panel tal-ġurija, se jkunu morija fuq tliet ijiem fil-Belt Valletta, il-belt kapitali ta’ Malta.

Il-Malta India Film Festival, inizjattiva tal-Malta India Film Academy, hija l-ewwel pjattaforma tipika għal dawk li jipproduċu l-films madwar id-dinja biex juru x-xogħol tagħhom. Kull film b’elementi Maltin jew Indjani jkun eliġibbli biex jipparteċipa fil-Festival u r-rebbieħa jingħataw premju totali ta’ €200,000. Il-films magħżula se jkunu għall-wiri għall-pubbliku fl-14, 15, 16 ta’ Diċembru 2018 fil-Belt Valletta.

Aħbarijiet Oħra
Sport

Il-wrestling għal bosta jidher sports goff iżda għal Wayne Pace beda jsegwi l-isport tar-wrestling minn età żgħira, sakemm sar atleta professjonali. Il-wrestling huwa dixxiplina sportiva bir-regoli tagħha saħansitra ta’ ħarsien…

Saħħa

Id-Dipartiment tal-Kardjoloġija fl-Isptar Mater Dei kompla bl-isforzi biex jikber l-għarfien u l-prevenzjoni dwar il-mard tal-qalb. F’jum ta’ attivitajiet, mijiet ta’ nies għamlu testijiet mediċi f’inizjattiva tas-Soċjetà tal-Qalb biex jikber l-għarfien dwar…

Għawdex

L-investiment fil-prodott turistiku Għawdxi ser jissukta bi skema ġdida Enable Tourism li kienet tħabbret fil-Budget għal din is-sena. L-iskema hija maħsuba biex itejjeb l-aċċessibiltà fil-postijiet tal-akkomodazzjoni turistika. Id-dettalji tagħha tħabbru…

Aktar