Lokali
Titnieda l-ewwel ‘wine trail’ u jitħabbar il-Vintners’ Open Weekend

Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali Clint Camilleri nieda l-ewwel rotta tal-inbejjed, jew wine trail, f’pajjiżna filwaqt li ħabbar li se jkun hemm il-Vintners’ Open Weekend is-Sibt 21 u l-Ħadd 22 ta’ Settembru.

B’kollox fil-gżejjer tagħna hawn madwar 800 persuna li jkabbru d-dwieli u bejniethom jikkultivaw madwar 430 ettaru ta’ dwieli u ħafna mill-produzzjoni llum hija mmirata lejn l-IĠT u d-DOK. Il-produzzjoni ta’ dawn l-inbejjed hija garantita u l-inbejjed kollha li għandhom il-marka DOK u IĠT ġew iċċertifikati f’laboratorji akkreditati barra minn Malta.

Sa issa f’Malta u Għawdex hawn 12-il għassara jew produtturi tal-inbid DOK u IĠT b’madwar żewġ miljun flixkun fis-sena, produzzjoni li nistgħu ngħidu hija stabbilita, bl-aktar erba’ varjetatjiet popolari jkunu l-Girgentina, ix-Chardonnay, il-Ġellewża u l-Merlot.

Is-segretarju parlamentari qal li fl-okkażjoni tat-tnedija ta’ din il-wine trail, is-segretarjat qiegħed jorganizza open weekend, flimkien mal-wineries. Din hi opportunità għal kulħadd sabiex jigi apprezzat ix-xogħol ta’ kull minn hu involut fil-katina tal-valur tal-inbejjed ta’ kwalità. Huwa temm billi ħeġġeġ lil kulħadd sabiex jattendi l-Vintners’ Open Weekend  li se jsir nhar is-Sibt u Ħadd 21 u 22 ta’ Settembru.

Il-wineries li wieħed jista’ jżur huma sebgħa  (Marsovin, Delicata, Montekristo, Maria Rosa, Ta’ Betta, Meridiana u Ta’ Mena). Aktar informazzjoni dwar ħinijiet u għassara li ser ikunu qegħdin jipparteċipaw tinstab fuq il-paġna Facebook ‘Dok Malta Dok Gozo’.

Aħbarijiet Oħra
Agrikultura

“Marzu jgħidlu ikber, April iżbel u Mejju aħsad.” Hekk jgħid il-Malti għall-qamħ. Żmien il-ħsad tista’ tgħid għadda u minn għelieqi kbar lewn id-deheb illum tilmaħ għexieren ta’ balal ta’ tiben…

Parlament

Id-Deputat Prim Minsitru u Minsitru għas-Saħħa Chris Fearne qal li l-Gvern kien infurmat bil-fomm mill-Kap Eżekuttiv ta’ Steward Healthcare f’Malta dwar ix-xiri ta’ ishma ta’ shareholder Amerikan mill-istess Steward Healthcare. …

Trasport

F’toroq battala mill-vetturi matul il-pandemija jidher li l-użu tar-rota żdied, kemm bħala mezz ta’ attività fiżika imma wkoll mezz ta’ trasport alternattiv. Grupp ta’ nisa b’kollaborazzjoni mal-organizzazjoni MOVE ngħaqdu fil-kampanja ROTA…

Edukazzjoni

Il-Ministru għall-Edukazzjoni, Owen Bonnici, qal li fl-operat mill-ġdid taċ-child care centres se jinstab bilanċ bejn il-ħarsien tas-saħħa tat-tfal u l-operat ta’ dawn iċ-ċentri. Dr Bonnici qal li lest jikkunsidra ideat…

Aktar