Titnieda l-iskema ta’ bejgħ ta’ garaxxijiet tal-Gvern

Id-Dipartiment tal-Artijiet nieda skema biex il-garaxxijiet tal-Gvern fl-oqsma tad-djar, kemm jekk mogħtija b’kera kif ukoll jekk b’ċens, ikunu jistgħu jinxtraw mill-inkwilini tagħhom. Is-Segretarju Parlamentari għall-ippjanar Michael Falzon qal li mal-2,200 familja jistgħu jibbenefikaw minn din l-iskema li se tiftaħ nhar it-Tnejn li ġej.

“Kellna domanda min-nies hemm barra li xtaqu jixtru l-garages li jew diġa’ qegħdin b’kirja għandhom dik hi importanti nagħmluha ċara jew li huma bnew fuq art li ngħatatilhom b’ċens l-arja se tkun dejjem eskluża prezz attrajenti skema miftuħa għal sena imbagħad persuna barra li jkun akkwista l-garage jkun anki għolla l-valur tal-propjetà tad-dar li jkollu fil-viċinanzi”, qal is-Segretarju Parlamentari Falzon

Dr Falzon spjega li l-prezz tal-garaxxijiet se jkun maħdum fuq kull metru kubu. Eżempju garaxx ta’ karozza waħda mikri mill-Gvern se jinbiegħ €15,000, waqt li garaxx simili mibni fuq art tal-Gvern mgħotija b’ċens se jinbiegħ mal-€10,000.

Is-Segretarju Parlamentari spjega li din l-iskema ma tapplikax għall-garaxxijiet li nbnew fuq art li għadha mhix tal-Gvern.

“Jeżistu stanzi li ilhom magħna uħud minnhom tletin/ erbgħin sena fejn il-Gvern għalkemm bena garages forsi krihom lil xi ħadd il-Gvern qatt ma kien għadu akkwista l-art hu nnifsu esproprju pendenti. Ovvjament ma nħossux bħala amministrazzjoni li jekk hemm xi ħaġa li hi kkumplikata jew difettuża aħna nkomplu nżidu d-difetti,” qal Dr Falzon.

Din l-iskema hi miftuħa għal sena u l-applikazzjonijiet se jkunu online fuq is-sit tad-dipartiment tal-artijiet www.gpd.gov.mt.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Jisimha bil-Franċiż, kitibha Taljan, u llejla kantaha żagħżugħ Malti. Karl Schembri għadu kemm għalaq it-tieni Live Show ta’ ‘X Factor Malta’ bil-kanzunetta “L’amour toujours” tad-DJ popolari Taljan Gigi D’Agostino. Liema…

Lokali

Il-Ħadd li għadda, Destiny għalqet l-ewwel Live Show fost iċ-ċapċip tal-pubbliku bil-kanzunetta “Higher Love” tal-artista idolu tagħha, Whitney Houston. U, illejla, Destiny kantat fid-disa’ post bil-kanzunetta “I Will Survive”. Liema…

Lokali

Minn Ingliż għal ieħor. Matul l-ewwel Live Show ta’ ‘X Factor Malta’ tal-Ħadd li għadda, Kyle rnexxielu jisraq il-qlub tal-udjenza b’waħda mis-soundtracks ta’ James Bond, il-kanzunetta “Writing’s on the Wall”…

Lokali

Jekk inti wieħed jew waħda fost l-għadd ta’ nostalġiċi tal-film popolarissimu ‘Dirty Dancing’, kif ukoll tal-attur mibki Patrick Swayze, il-prestazzjoni li għadhom kemm taw Yazmin & James aktarx li tmisslek…

Aktar