Xogħol
Titnieda l-iskema tat-teleworking għall-ħaddiema Għawdxin li jaħdmu fis-settur privat f’Malta

Tnediet l-skema ġdida, il-Gozo Teleworking Scheme għall-ħaddiema Għawdxin li jaħdmu fis-settur privat f’Malta.

Il-Ministru għal Għawdex, Clint Camilleri stqarr li din il-miżura soċjali tinċentiva l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja.

Il-Ministru Camilleri qal li, “f’dawn l-aħħar ġimgħat minħabba l-pandemija, ħeġġiġna ħafna lil min iħaddem biex fejn hu possibbli joffri t-telework lill-ħaddiema tiegħu. Bosta kienu dawk li offrew it-telework li innutaw li filwaqt li x-xogħol baqa’ għaddej b’ritmu tajjeb, jekk mhux aħjar, naqsulhom ukoll ħafna spejjeż. U għalhekk sabiex inkomplu nħeġġu t-telework qed inniedu l-Gozo Teleworking Scheme.”

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri spjega li l-iskema se toffri inċentivi lil min iħaddem biex jittaffu l-ispejjeż tal-kumpanija, filwaqt li l-ħaddiema Għawdxin ser jitnaqqsilhom l-iskariġġ li ta’ kuljum iridu jaqsmu l-fliegu.

Minn din l-iskema, se jkunu qed jibbenefikaw finanzjarjament kumpaniji bbażati f’Malta li joffru lill-ħaddiema Għawdxin, residenti f’Għawdex il-faċilità ta’ teleworking, jiġifieri li jaħdmu mid-dar. Kull kumpanija tista’ tingħata benefiċċju sa massimu ta’ 10 ħaddiema fis-sena.

Il-fond se jkun qed jagħti inċentivi finanzjarji fuq żewġ binarji:

– Rimborż parzjali ta’ 75% sa massimu ta’ €850 fuq spiża ta’ appart teknoloġiku għal kull impjegat

– Rimborż tas-salarji sa massimu ta’ €10,000 fuq medda ta’ 3 snin, li jkunu offruti fuq bażi pro-rata skont l-ammont ta’ ġranet fil-ġimgħa li l-impjegat ikun assenjat telework

Il-Ministru Camilleri temm jgħid li se nkunu qed inħarsu lejn is-sostenibbiltà ta’ din l-iskema b’mod sensittiv għaliex dawk il-kumpaniji li joffru l-faċilità ta’ telework fit-tul ser ikollhom ir-rimborż annwali kif isegwi:

– Fl-ewwel sena massimu ta’ €3,000

– Fit-tieni sena massimu ta’ €3,000

– Fit-tielet sena massimu ta’ €4,000

Ir-rimborż tas-salarji jingħata wara l-ewwel sena ta’ ħidma bit-telework, filwaqt li r-rimborż parzjali fuq l-apparat tekniku jkun eliġibbli meta l-applikazzjoni tiġi milqugħa mill-ministeru skont il-linji gwida stabbiliti, li ser ikunu qed jidhru fuq is-sit elettroniku tal-Ministeru Għal Għawdex fil-jiem li ġejjin.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Maħżen tal-festa nbidel fi klassi fi proġett biex il-prattika ta’ snajja tradizzjonali li jispikkaw fil-festi Maltin tintiret u ma tmutx. Il-proġett tmexxa mill-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija ta’ Ħal Luqa, li…

Infrastruttura

Inkonvenjent li ilu snin jurta lill-Birżebbuġin se jiġi indirizzat bi proġett li Infrastructure Malta qalet se tibda fi tmiem dan is-sajf. Il-proġett hu maħsub li jtaffi l-problema tal-għargħar, ikkawżata mill-baħar…

Lokali

Mil-lejla bdew jiġu organizzati l-pellegrinaġġi fl-okkażjoni tal-festi tal-ibliet u l-irħula li se jibqgħu għaddejjin sat-8 ta’ Diċembru meta tiġi ċċelebrata l-Kunċizzjoni f’Bormla. Illejla, tliet lokalitajiet qed jorganizzaw dawn il-pellegrinaġġi: Ħal…

Tradizzjonijiet

Jumejn ‘il bogħod mill-Jum Internazzjonali tal-Bizzilla, grupp ta’ persuni nġabru fil-Mużew Nazzjonali tal-Etnografija, fil-Palazz tal-Inkwizitur il-Birgu, biex jaħdmu bizzilla tradizzjonali Maltija. Jekk hemm xi impressjoni li l-arti tradizzjonali tal-bizzilla qed…

Aktar