Lokali
Titnieda l-kampanja kontra t-traffikar tal-bniedem

Bi preludju għal konsultazzjoni pubblika fuq il-white paper dwar it-traffikar tal-bniedem, il-Gvern nieda kampanja edukattiva msejħa Human Like You li għandha l-għan li l-pubbliku ikun infurmat u mħeġġeġ jirraporta każi ta’ traffikar uman.

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riformi, Julia Farrugia Portelli qalet li Malta mhix eskluża minn din il-pjaga mifruxa mad-dinja kollha. Spjegat li s-sena li għaddiet f’Malta nqabdu 23 każ ta’ traffikar uman, fosthom tfajla Maltija ta’ 13-il sena. Żiedet tgħid li t-traffikar uman mhux marbuta biss mal-prostituzzjoni iżda fil-qasam tax-xogħol.

Fl-aħħar tliet snin f’Malta tressqu l-qorti 88 każ ta’ traffikar tal-bnedmin, fil-maġġoranza tagħhom barranin. L-akbar ammont ta’ każijiet kienu kien fl-2016 meta kien hemm 35. Skont rapport tad-dipartiment tal-istat Amerikan, is-sena li għaddiet f’Malta kienu rappurtati mat-23 każ ta’ traffikar ta’ persuni: sbatax-il persuna Filippina, tlieta mill-Mauritius, waħda min-Nepal u oħra mill-Pakistan u tifla Maltija f’każ ta’ prostituzzjoni. Fost dawn il-vittmi, kien hemm ukoll raġel.

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riformi, Julia Farrugia Portelli, varat il-kampanja edukattiva Human Like You, bil-għan li qabel titnieda konsultazzjoni pubblika dwar white paper dwar it-traffikar uman, il-poplu jkun mgħarraf anke kif jidentifika każi li potenzjalment ikunu ta’
traffikar uman. Is-sit elettroniku www.trafficking.gov.mt qed jimmira li jagħti informazzjoni dwar każi bħal dawn u jħeġġeġ biex każi suspettati jiġu rappurtati.

Is-sit tal-internet www.trafficking.gov.mt qiegħed b’diversi lingwi minħabba li spiss il-persuni vittmi tat-traffikar uman gejjin min pajjiżi differenti li jinkludu l-Amerika t’Isfel, l-Asja, l-Afrika u spiss l-Ewropa tal-Lvant.

Julia Farrugia Portelli qalet “il-messaġġ tagħna li nedukaw lit-tfal tagħna, sa issa qatt ma kellna tfal Maltin ittraffikati għall-organi, imma la jsiefru tajjeb li ngħallmuhom li jgħidu le għall-isfidi li jistgħu jiltaqghu maghhom meta jkunu adulti.”

Is-Segretarju Parlamentari qalet li sar taħriġ fost oħrajn lill-pulizija u uffiċjali ta’ Identity Malta biex ikunu identifikati każi ta’ traffikar uman. Mill-banda l-oħra l-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali qed tieħu ħsieb li tgħin lil vittmi.

Giovanni Bressan mill-organizzazzjoni internazzjonali għall-migrazzjoni qal li madwar 800,000 persuna jiġu ttraffikati madwar id-dinja kull sena. Qal li l-maġġoranza tal-vittmi huma nisa. Intqal li f’ħafna kazi, t-traffikar uman isir għal skopijiet ta’ prostituzzjoni iżda qed jiżdiedu l-każi ta’ ħaddiema barranin li jingħataw kundizzjoni differenti minn dawk imwiegħda u spiss ikun bi ksur tal-kundizzjoni tax-xogħol li l-pajjiż jipprovdi lill-ħaddiema kollha.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Tabella max-xatt tal-Mellieħa, fl-inħawi tat-Tunnara, twissik li mhux permessi BBQs jew tined. Għal ħafna għawwiema iżda jidher li din it-tabella setgħet ma saritx, b’numru kbir ta’ tined li llum intramaw…

Qorti

Raġel weħel 6 xhur ħabs wara li pprova jitlaq minn Malta b’dokumenti foloz. Immigrant mill-Mali, li daħal Malta sena ilu, ġie kkundannat sitt xhur ħabs wara li ammetta li pprova…

Toroq

Dalgħodu, 83 vettura twaqqfu fi Triq il-Kosta minn uffiċjali tal-Pulizija li jidderiġu t-traffiku wara li nstabu li kienu qed jiksru l-liġi tat-triq. Madwar 200 karozza ġew iċċekkjati mill-uffiċjali tal-Pulizija fejn…

Kronaka

Connie Mifsud instabet qawwija u sħiħa wara li ġiet irrapportata nieqsa dalgħodu. Iktar kmieni, iben Connie, Chris Mifsud, kiteb fuq il-midja soċjali biex javża li ommu, li għandha d-dimensja, kienet…

Aktar