Lokali
Titnieda l-viżjoni tal-ewwel Sistema Nazzjonali tal-Housing f’Malta

Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes nieda l-viżjoni tal-ewwel Sistema Nazzjonali tal-Housing f’Malta b’konsultazzjoni wiesgħa ma’ diversi entitajiet fil-pajjiż. Il-Ministru qal li s-sistema nazzjonali tal-housing ippjanata li tiġi varata f’Jannar li ġej, trid tħares lejn il-ħtiġijiet tal-futur u l-bżonnijiet ta’ dawk l-iktar vulnerabbli.

Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes qal li f’Jannar li ġej se tiġi varata l-ewwel sistema ta’ housing f’Malta, li hija strateġija nazzjonali biex il-qasam tal-akkomodazzjoni jinkorpora l-ħtiġijiet tan-nies tal-lum, iżda wkoll dawk tal-futur. Il-Ministru qal li din hija l-ewwel darba li l-Gvern qed ifassal strateġija li tħares lejn kull rokna li forsi qabel qatt ma kienet inidirizzata, bl-ikbar mira hi li ħadd ma jitħalla barra mis-sistema, l-iktar dawk li huma vulnerabbli. Qabel ma tiġi varata din is-sistema, il-Ministeru laqqa’ ‘l fuq minn ħamsin rappreżentant ta’ entitajiet varji fosthom mill-qasam tal-propjeta’, l-akkomodazzjoni soċjali, entitajiet mill-qasam tal-anzjani, persuni b’diżabilita’ u anki dawk li joffru kenn lin-nies li m’għandhomx saqaf fuq rashom.

“Il-ħsieb tagħna li din il-konsultazzjoni nisimgħu l-ideat u proposti u x’qed isir fl-Ewropa biex nikkreaw sistema ta’ housing għas-snin li ġejjin fejn pajjiżna irid imur”.

Waqt workshops li saru ma’ dawk li attendew għall-konsultazzjoni ssemma’ l-bżonn li s-sistema tal-housing nazzjonali tindirizza il-bidliet fil-qasam soċjali, is-solidarjeta’ ma’ dawk l-iktar vulnerabbli u anki inklussivita’ għal diversi ħtiġijiet tal-bniedem. Il-pjan isemmi wkoll l-anzjani, u kif is-sistema nazzjonali tal-housing tindirizza wkoll l-anzjani li jgħixu fil-komunita’ flok fid-djar tal-anzjani. Is-sistema mistennija wkoll tindirizza problemi soċjali assoċjati ma’ zoni ta’ akkomodazzjoni soċjali, fosthom il-qgħad u anki x-xejriet tal-iżvilupp ekonomiku.

Għall-konferenza tkellem b’mod virtwali il-Professur Nicholas Pleace mill-Università ta’ York li saħaq fuq il-bilanċ li għandu jkun hemm bejn l-iżvilupp ekonomiku u li n-nies ikunu jaffordjaw propjeta’ u ambjenti sostenibbli u anki ta’ kwalità.

“Making sure people have adequate homes and a proper balance between a healthy housing market and ensuring sustainable and inclusive economical development in society”

Il-Ministru Galdes qal li dan il-pjan qed jara li kuntrarju għal dak li ġara f’diversi pajjiżi Ewropej, Malta tipprovdi akkomodazzjoni affordabbli u b’dan il-mod ukoll jiġi jinqered il-faqar iġġenerat minn spejjeż għolja ta’ akkomodazzjoni.

Aħbarijiet Oħra

Xi uffiċjali tal-pulizija sfaw midruba wara li dal-lejl inqala’ x’inkwiet fiċ-Ċentru ta’ Ħal Safi u ħarbu xi immigranti. TVM jinsab infurmat li ħarbu 6 immigranti u s’issa nqabdu tnejn. Fuq il-post…

Il-Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, permezz tad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u l-Impjiegi, bħalissa għaddej b’sejħa ta’ reklutaġġ ghal Compliance Officers ġodda, dan bil-għan li d-Dipartiment isaħħaħ l-infurzar sabiex dejjem aktar nassiguraw li…

Ħamsin sena ilu Villa Bighi ntużat għall-aħħar darba bħala sptar, wara 167 sena ta’ servizz kontinwu. Wirja permanenti fiċ-ċentru interattiv għax-xjenza l-Esplora tikkomemora l-perjodu meta l-binja kienet isservi bħala l-isptar…

Aktar