Teknoloġija
Titnieda mobile app għar-residenti tal-Imsida

Il-Kunsill Lokali tal-Imsida nieda mobile app bl-għan li tassisti aktar lir-residenti tal-istess lokal u lil dawk kollha li jżuru l-Imsida. Fost l-informazzjoni li din l-app toffri lil min iżurha, se jkun hemm is-servizzi offruti mill-kunsill, ‘Report It’ feature biex wieħed ikun jista’ jressaq rapport lill-kunsill, postijiet importanti fil-lokalità u anki kif issibhom permezz ta’ Google, għarfien lokali, live webcam, ritratti u filmati, avvenimenti futuri u ħafna iżjed.

Is-Sindku tal-Imsida Margaret Baldacchino Cefai qalet li l-Kunsill Lokali ilu jaħdem fuq dan il-proġett mis-sena 2018 u assigurat lir-residenti li din il-mobile app hija waħda vera faċli biex tintuża u se tiġi aġġornata kontinwament sabiex jiġi żgurat li r-residenti jirċievu l-aqwa informazzjoni u servizzi.

Għal aktar informazzjoni dwar din l-app tista’ żżur il-link https://3d360.cc/Msida_Council_App

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Carmel Mifsud ta’ 44 sena minn San Ġiljan tressaq il-Qorti akkużat li ħebb, hedded u weġġa’ gravi lil Eman Stelian Micallef, li ġarr mus mingħajr liċenzja tal-Kummissarju tal-Pulizija u li…

Edukazzjoni

It-trabi jitwieldu disposti jiżviluppaw il-ħiliet tal-lingwa u l-komunikazzjoni. Is-smigħ ikun ġa żviluppa fil-ġuf tal-omm u t-tarbija tkun ġa tisma’ l-lingwa qabel ma titwieled. Dan l-iżvilupp jikkumplimenta l-kisba tal-litteriżmu aktar ’il…

Qorti

Mara resqet quddiem il-Qorti b’talba biex tingħata l-premju tal-jackpot tal-Quaterno li rebħet fit-18 ta’ Mejju, wara li ramiet il-biljett fi żmien li ddaħħlet l-isptar minħabba kundizzjoni medika serja. Natalie Bonnici…

Aktar