Kultura
Titnieda s-7 edizzjoni tal-Malta International Music Festival

Il-Malta International Music Festival se jiġi organizzat għas-7 darba biex jippreżenta mużika klassika prestiġjuża li tinkludi ismijiet rinomati u personalitajiet mid-dinja internazzjonali tal-mużika klassika. Bi programm varjat, li jinkludi solo recitals, chamber concerts u kunċerti orkestrali, il-festival mistenni jolqot il-gosti ta’ ħafna.

Il-festival huwa organizzat mill-European Foundation for Support of Culture u mill-Orkestra Filarmonika ta’ Malta, li hi fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali. Fost l-artisti mistiedna għall-festival hemm it-tenur Malti Cliff Zammit Stevens, is-solista ewlenija tat-Teatru Bolshoi fir-Russja s-sopran Anna Algatova, ir-rebbieħ tal-kompetizzjoni Tchaikovsky Andrei Iioiță fuq il-vjolinċell, ir-rebbieħa tal-Queen Elizabeth il-vjolinista Ji Young Lim, il-pjanisti Duo Paratore, il-pjanisti Russi Elena Bashkirova, Julia Zilberquit u Philipp Kopachevsky ta’ fama internazzjonali, u l-vjolinisti magħrufa Maria Solozobova, Haik Kazazyan u Katya Tsukanova, fost l-oħrajn.

L-Orkestra Filarmonika ta’ Malta se ttella’ wkoll 3 kunċerti, mmexxija mid-diretturi ta’ fama internazzjonali Dmitry Yabliosky, Mirao Vaupiti u Sergey Smbatyao. Min-naħa l-oħra, l-orkestra mistiedna għall-Festival, l-‘Academy of Soloists’ tal-Każakistan, se ttella’ 3 kunċerti mmexxija minn Gianluca Marciano, Conrad van Alphen u d-direttur residenti tal-orkestra Mikhail Kirchhoff.

Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici u s-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tal-Konsumatur, Indafa Pubblika u s-Sostenn tal-Belt Kapitali Deo Debattista nedew din is-7 edizzjoni tal-Malta International Music Festival.

Il-festival se jittella’ bejn it-28 ta’ April u l-10 ta’ Mejju f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi fil-Belt Valletta, u f’Robert Sammut Hall fil-Furjana.

Żur http://www.maltafest.eu għal aktar informazzjoni.

Aħbarijiet Oħra
Relazzjonijiet Industrijali

L-Air Malta keċċiet 69 bdot wara li fi stqarrija ddikjarat li taħditiet mal-Union tal-Bdoti, l-ALPA, fallew. Il-linja nazzjonali tal-ajru qalet li t-taħditiet kellhom l-għan li jevitaw is-sensji, fl-istess waqt li…

Lokali

Inawgurati l-uffiċini l-ġodda taċ-Ċentru tal-Medjazzjoni fil-Belt. F’dan iċ-ċentru, iż-żewġ partijiet li jkollhom kwistjoni bejniethom jistgħu jagħżlu li jippruvaw jaslu għall-ftehim qabel jirfsu l-għatba tal-Qorti, u jtemmu tilwima bejniethom b’anqas spejjeż…

Kultura

L-ismijiet tal-frontliners kollha Maltin fil-ġlieda kontra l-COVID-19 ġew inklużi fuq libsa ddisinjata lokalment, f’ġest kreattiv ta’ apprezzament lil dawk kollha involuti f’din il-ħidma, li għadha għaddejja. L-organizzatur tal-Malta Fashion Week…

Solidarjetà

Familja Maltija li kellha każ ta’ Covid-19, kif għadda kollox b’wiċċ il-ġid, tat €1,000 lill-Kummissjoni Emigranti biex bihom tgħin refuġjati li hawn f’Malta. Din id-donazzjoni wasslet biex bdew jitqassmu xirjiet…

Aktar