Lokali
Titnieda skema ġdida ta’ tqassim tal-frott, ħaxix u ħalib fl-iskejjel

Titnieda l-iskema ġdida ta’ tqassim tal-frott, ħaxix u ħalib lit-tfal tal-iskola bl-għan li tgħin sabiex titrawwem fosthom kultura ta’ ikel tajjeb u sostenibbli. L-iskema tlaħħaq investiment ta’ madwar €900,000 fis-sena sal-2023, bl-iskema tkun kofinanzjata mill-Unjoni Ewopea.  

Fi stqarrija, is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali Clint Camilleri qal li taħt din l-iskema l-ġdida, tfal li jattendu skejjel primarji tal-istat, tal-knisja u dawk privati ser igawdu minn għażla differenti ta’ frott u ħaxix fuq suġġerimenti u proposti li waslu kemm mill-ġenituri, kif ukoll mill-edukaturi. L-iskema tal-frott u l-ħaxix qiegħda tiġġedded b’diversi elementi maħsubin li joffru qabża ’l quddiem fil-kwalità.

Din l-iskema se tkun qed tkopri wkoll 100% tal-ispejjeż eliġibbli għat-tqassim tal-ħalib, fejn għall-kuntrarju ta’ snin preċedenti qegħdin jiġu assorbiti l-ispejjeż kollha, b’mod li mil-lum qed jiġi inkluż anki dan il-prodott frisk flimkien mal-frott u l-ħaxix.  Hija ntiża li tinkoraġġixxi l-konsum ta’ frott, ħaxix u ħalib frisk kif ukoll teduka u tqanqal għarfien dwar ir-rwol ta’ dawn il-prodotti, mhux biss fid-dieta tagħna iżda anki f’rabta mal-biedja ta’ madwarna.

Matul din il-konferenza stampa, tnieda wkoll il-mascot ‘Ninu l-Bninu’, li ġie ddisinjat abbażi tad-disinn rebbieħ tal-kompetizzjoni li saret matul Skolasajf 2017 mill-Aġenzija għall-Pagamenti Agrikoli u Rurali. Is-Segretarju Parlamentari premja lit-tlett itfal li ġew fl-ewwel tliet postijiet, bil-Mascot rebbieħ ikun ta’ tifel li attenda SkolaSajf tan-Nadur, Għawdex, fejn fil-fatt saret it-tnedija.

Aħbarijiet Oħra
Annimali

Żiemel li kien għaddej mit-triq deher li beża’ xħin għaddiet minn ħdejh karozza tal-linja. Huwa kien għaddej minn Triq Bormla, iż-Żejtun. Il-filmat, meħud nhar it-Tlieta li għadda juri ż-żiemel bis-serkin…

Kurżitajiet

Jekk fil-Parlament ma jikbrux fjuri, fl-istadium nazzjonali f’Ta’ Qali donnu hemm iktar ċans li jinbtu l-pjanti! Ritratti li nxterdu fuq il-media soċjali juru diversi siġġijiet bi xtieli u pjanti bil-fjuri dehru…

Annimali

Il-kunflitt kulturali reġa’ spikka wara l-istorja ta’ TVM li xxandret ilbieraħ dwar il-proposta tal-Imam Mohammed El Sadi biex il-biċċiera Musulmani jkollhom iċ-ċans li f’Malta joqtlu l-annimali skont it-tradizzjoni Musulmana tal-halal….

Saħħa

Tifel ta’ 4 snin miet ilbieraħ wara li aktarx instab li kellu mikrobu li jikkaġuna l-meninġite. Huwa miet f’Mater Dei wara li jidher li kellu xi sintomi li wasslu biex…

Aktar