Kultura
Titnieda t-8 edizzjoni ta’ ŻiguŻajg

Varata t-tmien edizzjoni tal-Festival ŻiguŻajg, li ser tkun qed issir fuq medda ta’ għaxart ijiem. Din is-sena mal-150 artist qed jieħdu sehem f’numru ta’ proġetti artistiċi minn 11-il pajjiż differenti li fi kliem iċ-Ċermen tal-Fondazzjoni Kreattività, Rubert Cefai joħolqu spazju għall-artisti Maltin u barranin biex juru t-talent tagħhom u fl-istess ħin għat-tfal biex jitgħallmu japprezzaw l-arti minn ċkunithom.

B’sebgħa u għoxrin attività artistika, it-tmien edizzjoni tal-festival ŻiguŻajg toffri taħlita ta’ attivitajiet għat-tfal u l-adolexxenti.

Waqt il-ftuħ kien hemm żewġ gruppi mużikali Perkus’hawn u KażinSka li taw ħajja ġdida lil għażla ta’ diski minn ‘Għanijiet tat-Tfal’.

Daniel Azzopardi, Direttur tal-Festival, qal li ser jieħdu sehem mal-mija 150 artist, bl-artisti internazzjonali ġejjin fost oħrajn mill-Belġju, l-Iżvezja, Franza, il-Kanada, Spanja u l-Italja.

Daniel Azzopardi qal “meta tħares lejn il-programm għandna ‘l fuq minn 11-il pajjiż differenti u numru ta’ forom differenti t’arti, jiġiifieri teatru, ċirku kontemporanju, film, jiġifieri attivitajiet varjati bil-fuq minn 12-il forma”

Rupert Cefai, Ċermen tal-Fondazzjoni Kreattvità qal li l-festival Żigużajg huwa importanti għaliex joffri spazju għall-arti u l-kultura għal ġenerazzjoni żagħżugħa. Ħeġġeġ biex tiżdied il-parteċipazzjoni biex it-tfal u ż-żgħażagħ jesperjenzaw s-sħubija tal-arti b’mod iktar ħaj u kkulurit.

L-attivitajiet ta’ ŻiguŻajg se jsiru f’bosta postijiet u jibqgħu għaddejjin sa tmiem il-ġimgħa d-dieħla.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

L-Armata nediet skema ġdida ta’ part-timers għall-membri li jirtiraw mill-forza regolari. Fi stqarrija, l-Forzi Armati qalu li din l-iskema se tinfetaħ għall-membri li waslu għall-proċess ta’ irtirar u anke għal eks membri li m’ilhomx iktar minn tliet snin…

Qorti

Raġel Għawdxi ħareġ illiberat mill-akkużi li kien qed jonsob bi xbieki illegali waqt li l-istaġun tal-insib kien magħluq. Matthew Buttigieg ta’ 27 sena min-Nadur ma nstabx ħati mill-Qorti t’Għawdex li…

Lokali

Il-UĦM Voice of the Workers espremiet it-tħassib tagħha dwar il-kundizzjonijiet tad-dentisti fis-servizz pubbliku li bħalissa qed isegwu direttivi industrijali. Il-kap Eżekuttiv tal-UĦM, Josef Vella qal f’konferenza tal-aħbarijiet li l-UHM ilha…

Turiżmu

Stħarriġ tal-MHRA wera li aktar min-nofs it-turisti jiġu Malta għax-xemx u l-baħar. Matul is-sajf li għadda ġew Malta mad-900,000 turist. Dan ifisser żieda ta’ 13.3% meta mqabbel mas-sajf tas-sena l-oħra….

Aktar