Lokali
Titnieda t-tema tal-Ġimgħa Ewropea għall-Mobilità 2019

Imnedija l-ġimgħa Ewropea għall-Mobilità 2019 bit-tema Walk with Us – Safe Walking, Safe Cycling u se ssir bejn is-16 u t-22 ta’ Settembru. Din il-ġimgħa tnediet f’Għajnsielem, fejn inbeda wkoll servizz ta’ trasport sostenibbli li se jiġi offrut mill-kunsill għall-anzjani u persuni neqsin mill-mobilità. Tlett snin ilu il-kunsill lokali t’Għajnsielem kien ġie t-tieni fil-kompetizzjoni għall-miżuri permanenti li Transport Malta organizzat bħala parti mill-Ġimgħa Ewropea għall-Mobilità. Permezz ta’ grant ta’ tletin elf ewro mogħtija minn Transport Malta, il-kunsill lokali xtara vann elettriku biex ikun jista’ joffri s-servizz ta’ trasport sostenibbli.

Il-Ministru għat-Trasport Ian Borg, qal li bħas-snin oħra, il-Ġimgħa Ewropea għall-Mobilità se jkollha żewġ kompetizzjonijiet, waħda għall-attivitajiet żgħar u l-oħra għall-miżuri permanenti, li diġà bbenefikaw minnha 9 kunsilli lokali differenti. Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana qalet li l-inizjattiva li ħa l-kunsill lokali t’Għajnsielem tikkumplimenta l-viżjoni EkoGħawdex b’modi ġodda u alternattivi ta’ trasport b’rispett lejn l-ambjent.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Silvio Parnis ħeġġeġ biex iktar kunsilli jkomplu fuq l-eżempju tal-kunsill t’Għajnsielem u jibdew joffru dan is-servizz fil-lokalitajiet tagħhom.

Aħbarijiet Oħra
TV u Radju

Il-ġurnalisti tal-PBS rebħu 9 unuri għal stejjer u produzzjonijiet li xxandru fuq TVM, Radju Malta u tvm.com.mt. Sitta mid-disgħa kategoriji li ntrebħu mill-PBS intrebħu lis-sitt ġurnalisti tal-kamra tal-aħbarijiet fosthom għal…

Lokali

Din hija ħarsa ħafifa lejn il-gazzetti ppubblikati llum il-Ħadd 21 ta’ Lulju 2019 Fl-ewwel paġna ta’ The Sunday Times of Malta insibu l-istorja dwar il-fdalijiet ta’ katavru li l-pulizija sabet…

Saħħa

Studju internazzjonali wera li l-każi li l-kanċer tal-għonq tal-utru qegħdin jonqsu drastikament tant li hu maħsub li din il-marda tista’ tiġi eradikata. Dan huwa grazzi għat-tilqima li tingħata lit-tfajliet kontra…

Tfal

Skont l-aġenzija appoġġ, madwar mitt tifel u tifla ngħataw għall-kura għand foster carers wara talba mill-ġenituri tagħhom stess minħabba li spiċċaw f’diffikultajiet fosthom mard serju jew spiċċaw bla saqaf fuq…

Aktar