Politika Lokali
Titnieda t-tieni strateġija għall-ugwaljanza ta’ persuni LGBTIQ

Il-Gvern ħabbar it-tieni strateġija u pjan ta’ azzjoni għall-ugwaljanza tal-persuni LGBTIQ. Dawn ikopru 54 miżura f’oqsma bħas-saħħa, l-edukazzjoni, il-familja u l-isport, u jkopru perjodu ta’ erba’ snin sħaħ.

Dan seħħ lejlet li l-komunità LGBTIQ tiċċelebra d-diversità tagħha bil-pride march fil-Belt, bit-tibdil li kien hemm fil-liġijiet ikun segwit bi pjan li jiffoka fuq il-progress ta’ dawn il-persuni.

Il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza, Helena Dalli, qalet li l-istrateġija ġdida li tkopri sal-2022, taħseb biex tingħeleb kull forom ta’ diskriminazzjoni kontra persuni LGBTIQ. “Ħa tgħin lil kull persuna li tgħix f’dan il-pajjiż li tilħaq il-potenzjal tiegħu jew tagħha… issa morna pass ieħor fejn qed naraw għall-implimentazzjonijiet tal-liġijiet,” spjegat il-Ministru Dalli.

Il-pjan ta’ azzjoni fih għaxar sezzjonijiet b’54 miżura li għandhom iwasslu għal titjib fil-kwalità tal-ħajja ta’ dawn il-persuni fi kwalunkwe qasam ta’ ħajja mill-edukazzjoni għas-saħħa, familja, opportunitajiet tax-xogħol, u sport. Uffiċjali tal-Korp tal-Pulizija se jingħataw ukoll taħriġ dwar kif għandhom jirreaġixxu għal rapporti ta’ diskors ta mibegħda kontra persuni LGBTIQ.

Dr Dalli qalet li l-pjan ta’ azzjoni se jkun segwit minn moniteraġġ kontinwu b’rapport li jitħejja kull tliet xhur li jevalwa l-progress li jkun sar.

Il-Ministru Dalli qalet li Malta diga hija kkunsidrata bħala l-iktar pajjiż Ewropew li għamel avvanzi f’dan il-qasam u b’dan il-pjan se tkun fil-quċċata tal-iktar pajjiżi inklussivi anki fuq livell internazzjonali.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Sewwieq ta’ mutur weġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku fiż-Żurrieq. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-2.50am fi Triq Valletta, iż-Żurrieq. Il-Pulizija tad-Distrett marru mill-ewwel fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li…

Annimali

Ikel li tpoġġa fuq ċint biex jittiekel mill-qtates, spiċċa minflok jittiekel mill-firien. Filmat li ttieħed illum viċin il-venda ta’ Marsaskala minn resident juri qtates żgħar iħarsu lejn l-ikel b’nuqqas ta’…

Kultura

L-Aġenzija Kulturali għall-Belt ħabbret programm ta’ attivitajiet mużikali għall-kapitali, li jinkludi kunċerti fl-apert u proġett bis-sehem ta’ mużiċisti żgħażagħ. L-istil mużikali se jvarja minn attività għal oħra, minn rock sa…

Aktar