Lokali
Titqajjem kuxjenza dwar l-importanza li persuna tirrapporta l-abbuż

F’mixja kontra l-vjolenza domestika organizzata mill-Fondazzjoni Dar Merħba Bik u Good Shepard Sisters b’kollaborazzjoni mal-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika, ġie enfassizzat l-importanza li persuna tirrapporta l-abbuż.

Il-Kummissarju dwar il-vjolenza domestika Simone Cini qalet li l-attitudni li xi ħadd ma jindaħalx dwar x’jiġri bejn koppja trid tinbidel u lit-tfal minn età żgħira għandhom jiġu mħeġġa biex jitkellmu meta jaraw vjolenza jew bullying sabiex ma jikbrux f’adulti indifferenti għall-inġustizzji ta’ ħaddieħor. Qalet li l-vjolenza domestika mhix tan-nisa biss iżda tas-soċjetà kollha.

Elaine Pavia minn Dar Merħba Bik qalet li ħafna drabi l-ulied ikunu trawmatizzati u l-adulti lanqas biss jindunaw b’dan. Hija ħeġġet lin-nisa u lill-irġiel vittmi ta’ vjolenza domestika sabiex jirrapportaw u jfittxu l-għajnuna.

Il-President Marie-Louise Coleiro Preca qalet li l-għeluq tal-kampanja ta’ 16-il ġurnata ta’ attiviżmu dwar il-vjolenza domestika, jaħbat lejliet is-70 sena anniversarju mid-drittijiet tal-bniedem u sakemm is-soċjetà ma teqridx il-vjolenza domestika, dawn id-drittijiet ma jistgħux jitgawdew b’mod sħiħ.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Inqas minn tliet xhur wara li ġie fi tmiemu s-Sinodu tal-Isqfijiet dwar iż-Żgħażagħ, eluf ta’ żgħażagħ qed jinġabru fil-Panama għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ. Il-Papa Franġisku jasal il-Panama għada bil-qofol taċ-ċelebrazzjonijiet jintlaħqu…

Ikel

Fl-isfond tal-kontroversja li bdiet wara s-servizz tal-aħbarijiet ta’ TVM mal-Imam Mohammad Elsadi, dwar il-qtil tal-annimali bir-ritwal Musulman, komplejna nsegwu l-kwistjoni. Mhux eskluż li l-qtil tal-annimal bis-sistema tal-halal, għalkemm mhux isir…

Trasport

Is-sidien tal-pompi tal-petrol bdew b’azzjonijiet industrijali minħabba nuqqas ta’ ftehim mal-Gvern dwar it-talba għal żidiet fil-qligħ tagħhom. L-azzjoni ewlenija hi li l-pompi mhux se joffru s-servizz mill-magni awtomatiċi wara s-sitta…

Familja

Matul is-sena li għaddiet kien hemm xejn inqas minn 1,303 koppji li żżewġu fuq cruise liner li jtajjar il-bandiera Maltija. Din l-informazzjoni ngħatat fil-Parlament mill-Prim Ministru Joseph Muscat għall-mistoqsija tad-Deputat…

Aktar