Titqiegħed fil-Parlament kopja ta’ l-ittra tal-Malta Enterprise lill-konsulent Shiv Nair

F’isem il-Prim Ministru Joseph Muscat il-bieraħ qiegħed fuq il-mejda tal-Parlament kopja ta’ l-ittra ta’ inġaġġ li ċ-ċermen tal-Malta Enterprise, Mario Vella, bagħat lill-konsulent Shiv Nair.

L-ittra, miltuba fit-28 ta’ Ġunju, tgħidlu li l-l-korporazzjoni kienet tistenna minnu li jidentifika sorsi li jwasslu għal investiment miċ-Ċina, l-Lvant Nofsanmi u l-Asja tax-Xlokk, inkluż l-introduzzjoni ta’ individwi u kumpaniji involuti.

Għal dan ix-xogħol, il-korporazzjoni qaltlu li se tagħtih total ta’ €6,000 u kienet tistenna li sa l-aħħar tas-sena juri riżultati konkreti.

Għall-mistoqsija parlamentari tal-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil, Dr Muscat wieġeb li bħal ma kien qal qabel ma kien hemm ebda tip ta’ kuntratt beln il-Gvern u Nair u dan anqas qatt ma tħallas.

Dr Muscat kien diġa’ ddikjara li huwa ma kienx jaf li Nair kien blacklisted mill-Bank Dinji u u ċaħad li qatt kellmu. Madankollu l-Prim Ministru qal li l-konsulent għen ħafna biex ġew stabbili kuntatti mill-qrib mal-Qatar.

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Ħadd li għadda, Dav. Jr ppreżenta ruħu għal-Live Shows ta’ ‘X Factor Malta’ b’kanzunetta li kiteb hu stess bħal daż-żmien sena, “Life is good”. U, illejla, Dav. Jr donnu ħa…

Lokali

It-tieni Live Show ta’ ‘X Factor Malta’ ssokta bil-kantanta Jasmine, illi għadha kemm niżlet minn fuq il-palk tal-MFCC fost iċ-ċapċip tal-eluf preżenti llejla wara li tat prestazzjoni eċċellenti, fi sfond…

Lokali

Illejla, Celine għadha kemm tat prestazzjoni l-ġmiel tagħha lill-eluf ta’ nies preżenti l-MFCC b’interpretazzjoni eċċellenti tal-kanzunetta “Sweet Dreams” tad-duo Ingliż Eurythmics. Liema kanzunetta, inħarġet fl-1983. Fi ftit kliem, “Sweet Dreams”…

Lokali

Il-ġimgħa l-oħra, il-grupp żagħżugħ F.A.I.T.H interpreta l-kanzunetta “That’s My Girl” ta’ Fifth Harmony. Liema grupp, meta kien għadu attiv, kien magħmul minn ħames nisa. U, illejla, għat-tieni Live Show ta’…

Aktar