Sport
Il-PM iżur ix-xogħlijiet fuq il-bini taċ-Ċentru Akkwatiku u Sportiv f’Għawdex

Il-Prim Ministru Robert Abela u l-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri kienu preżenti għat-tqegħid tal-ewwel ġebla taċ-Ċentru Akkwatiku u Sportiv ġdid f’Għawdex.

Dan il-proġett b’investiment ta’ €16-il miljun se jara l-bini ta’ pixxina ta’ daqs Olimpiku u numru ta’ faċilitajiet ġodda fosthom għall-ġinnastika, basketball, badminton, squash, ‘wall climbing’, acrobatics, weightlifting, aerobics, yoga, arti marzjali u faċilitajiet oħra fejn jista’ jintlagħab sport ieħor fuq ġewwa.

Iċ-ċentru sportiv se jkun mgħammar ukoll b’faċilitajiet għal kull min jagħmel użu minnu fosthom bi kmamar tal-ewwel għajnuna.

Bħalissa x-xogħlijiet fuq dan iċ-ċentru, li huwa mifrux fuq medda ta’ madwar 5,000 metru kwadru, jinsabu f’fażi avvanzata ta’ xogħol infrastrutturali fuq il-bini tal-pixxina.