Barranin
Tittajjar minn karozza wara li tilfet sieqha fi splużjoni

Żeffiena professjonali li tilfet parti mir-riġel fl-attakk waqt il-maratona ta’ Boston fl-2013, reġgħet spiċċat l-isptar f’qagħda gravi wara li ttajret waqt li kienet qed titħarreġ għall-maratona.

Adrianne Haslet tellgħet ritratt fuq il-midja soċjali tagħha f’sodda tal-isptar, fejn qalet li ttajret minn karozza waqt li kienet fuq il-bankina f’Commonwealth Avenue. “Twaddabt fl-arja u ħadt tisbita, fqajt in-naħa tax-xellug ta’ ġismi. Ninsab imkissra,” qalet Haslet.

Haslet kienet spettatur waqt il-maratona ta’ Boston sitt snin ilu, meta ntlaqtet minn bombi li splodew f’attakk terroristiku u qatlu tliet persuni. F’dan l-attakk Haslet tilfet ir-riġel xellugi mill-irkoppa ‘l isfel.

Fl-2016 Haslet ħadet sehem għall-ewwel darba fil-maratona, u fil-ħin tal-inċident kienet qed titħarreġ għall-maratona li jmiss.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Evakwazzjoni drammatika ta’ iktar minn 1,300 passiġġier minn cruise-liner li waqaf ħesrem ‘il barra mill-kosta Norveġiża lbieraħ. Il-cruise liner MV Viking Sky inqabad f’baħar imqalleb u riħ qawwi. B’kollox madwar…

Brexit

Aktar ma jmur aktar qed tiżdied il-pressjoni fuq il-Prim Ministru Ingliż Theresa May. Dan hekk kif qed jingħad li jista’ jirnexxilha tikseb aktar appoġġ fuq il-ftehim tagħha dwar Brexit jekk…

Barranin

Madwar 1,300 passiġġieri qed jiġu evakwati minn fuq vapur tal-cruises ‘il barra mill-kosta tal-punent tan-Norveġja. Il-Pulizija Norveġiża qalet li l-vapur kellu problemi fil-magna u għalhekk dawk kollha abbord qed jittellgħu…

Barranin

Anzjani fil-Kanada kellhom iktar minn sempliċi indiġestjoni wara ikla fiċ-ċentru tal-komunità tagħhom f’Whitestone. Uħud mill-anzjani kellhom jingħataw assistenza medika meta bdew iħossuhom storduti jew bdew jirremettu. Mill-investigazzjonijiet ħareġ li l-anzjani kienu…

Aktar