Lokali
Tittella’ struttura tal-ħadid li se sservi bħala saqaf għall-wieħed miż-żewġ hangars f’Ħal Farruġ
Miexi ġmielu x-xogħol fil-kumpless ta’ SR Technics f’Ħal Farruġ, b’hanger li se jkun jista’ jilqa’ ajruplani tal-passiġġieri kbar bħall-A330, jibda jifforma ruħu bi struttura ta’ saqaf. Il-proġett b’investiment ta’ 40 miljun ewro mistenni jkun lest sal-aħħar kwart tas-sena.

Struttura tal-ħadid ftit iżgħar minn tul ta’ ground tal-football twaqqfet biex tiksi hangar ġdid tal-kumpanija SR Technics f’Ħal Farruġ. L-uffiċjal responsabbli mill-proġett, Peter Zammit, spjega li l-istruttura li se sservi bħala saqaf tal-hanger li jesa ajruplani kbar, hija wiesa 95 metru u sserraħ biss fuq pilastri tal-ġnub.

“Id-differenza minn hangers oħra li minflok intrama mill-ewwel fil-post tiegħu intrama fil-baxx. Hemm fil-kantuniera qed taraw dawk il-jacks sofor qed tara cables tal-pre-stressing tal-azzar għadejjin li skond id-disinn u ċertu sekwenza qed jinġibdu u t-tinda tieħu forma ta’ arkata.”

Il-proċess biex l-istruttura ħadet il-forma tagħha ħa madwar sagħtejn. Dan hu wieħed minn żewġ hangers li bejniethom jistgħu jilqgħu sa sitt ajruplani tal-passiġġieri f’daqqa. Is-sur Zammit qal li l-proġett qed isir b’investiment ta’ madwar 40 miljun ewro. “Barra dan il-hanger għandu hanger ieħor wiesa’ imma jieħu narrow body, għandu l-kolonni fin-nofs, għandna 3 bays ta b’narrow body. Għandu binja ta’ workshops li tinsab bejn iż-żewġ hangers u sservi lit-tnejn u tinsab fi stat avvanzat.”

Is-Sur Zammit qal li fil-proġett se jintużaw madwar elf u mitejn tunnellata ta’ ħadid. Il-proġett ser ikun kumplimentat b’investiment ta’ 13-il miljun ewro oħra fit-taxiway biswit ir-runway iż-żgħira biex din tkun tista tilqa ajruplani kbar tal-passiġġieri.

Waqt żjara lix-xogħlijiet, il-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri ħabbar bidla fil-liġi biex kumpaniji tat-tbaħħir u l-avjazzjoni jistgħu jaqsmu l-operat tal-kumpanija f’ċelloli, kif gara fil-qasam tal-kumpaniji tal-assikurazzjoni. Qal li dan inaqqas l-element ta’ riskju. “Meta ġġib kumpaniji tal-avjazzjoni, jew vapuri jew ajruplani f’Malta tagħmilha faċli u attraneti li jużaw servizzi bħall-industrija ta’ warajna u tkompli tkabbar il-kejk ekonomiku.”

Il-General Manager ta’ SR Technics, Arthur Magri qal li x-xogħol fuq il-kumpless, mifrux fuq 20 elf metru kwadru, għandu jitlesta sal-aħħar kwart ta’ din is-sena.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Melvin Theuma, l-intermedjarju fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, baqa’ f’qagħda stabbli. Fi stqarrija l-Pulizija qalet li Theuma għadu fit-taqsima tal-ENT fl-isptar Mater Dei. It-Tlieta 21 ta’ Lulju 2020, Theuma nstab…

COVID-19

L-organizzaturi tal-attivitajiet li jinqabdu jiksru r-regoli tal-miżuri mħabbra mill-Awtoritajiet tas-Saħħa biex iwaqqfu l-imxija tal-Covid-19 jistgħu jeħlu multa ta’ €3,000 għal kull miżura li jiksru. Dan tħabbar illum f’avviż legali ppubblikat…

Lokali

Dr Lydia Abela, il-mara tal-Prim Ministru, ippreżentat total ta’ €8,000 f’donazzjonijiet li nġabru waqt l-ewwel edizzjoni ta’ ‘A Night at the Palace’, lill-għaqdiet li jaħdmu favur id-drittijiet tal-annimali. Waqt li…

Agrikultura

L-istaġun tal-ħsad tal-għeneb għall-għasir infetaħ mill-Ministru għall-Agrikoltura Anton Refalo, fil-preżenza tal-produtturi tal-inbid Malti. Il-Ministru qal li l-inbid Malti huwa wieħed ta’ kwalità għax l-industrija aġġornat maż-żminijiet. Id-Direttur tad-Direttorat tal-Agrikoltura Saviour…

Aktar