Barranin
Tittella’ tarbija tat-twelid minn kanal tad-drenaġġ

Fl-Afrika t’Isfel, ċapċipa mistħoqqa malli nstemgħet bikja mistennija ta’ tarbija tat-twelid, li nħarġet minn kanal tas-sistema tal-ilma tax-xita fejn kienet maqbuda għal diversi sigħat.

Il-filmat li ttella’ fuq il-media soċjali juri il-mumenti x’ħin il-ħaddiema tal-emerġenza ħarġu lit-tarbija, li ttieħdet immedjatament bl-ajru lejn sptar fejn istab li kellha temperatura fil-ġisem li kienet baxxa ħafna aktar min-normal u xi ġriħei żgħar.

Rapporti qalu li t-tarbija nstabet minn raġel li kien għaddej miż-żona li sema’ bikja u fetaħ it-tappiera biex jara minn fejn ġejja. S’issa għadu mhux magħruf kif it-tarbija spiċċat fis-sistema tad-drenaġġ, iżda qed ikun suspettat li dan kien każ ta’ attentat ta’ qtil u l-ġenituri ma jistgħux jinstabu.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

L-attriċi Charlize Theron ma qagħditx tomgħod il-kliem, u ma ddejqitx iċċanfar lill-preżentatur ta’ programm fuq stazzjon Franċiż waqt xandira diretta. Flimkien mal-attur Seth Rogen, Theron kienet mistiedna fil-programm Touche pas…

Barranin

Iċ-Ċiklun Kenneth laqat b’saħħa t-tramuntana tal-Mozambique, pajjiż li għadu qed jirkupra minn maltempata kbira x-xahar li għadda. Iċ-ċiklun ġab miegħu riefnu ta’ 220 kilometru fis-siegħa u qatel minn tal-inqas tliet…

Barranin

Il-mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong Un akkuża lill-Istati Uniti li ppruvat tqarraq b’pajjiżu waqt summit li kellu iżjed kmieni din is-sena mal-President Donald Trump. L-Aġenzija Koreana tal-Aħbarjiet irrappurtat lil…

Barranin

Raġel f’Ċipru ammetta li qatel seba’ nisa u bniet għal dak li qed ikun desrkitt bħala l-ewwel qtil tax-xorta tiegħu fil-gżira. Aktar kmieni dan ix-xahar, żewġ iġsma nstabu mejta f’xaft…

Aktar