Barranin
Titwaqqaf fl-aħħar minuta l-eżekuzzjoni tal-unika mara b’sentenza tal-mewt fl-Istati Uniti

Il-Qorti waqqfet l-eżekuzzjoni ta’ Lisa Montgomery ta’ 52 sena, sigħat qabel ma din kienet se tingħata l-injezzjoni letali f’ħabs f’Indiana, fl-Istati Uniti.

Montgomery kienet l-uniku mara li kienet qed tistenna li tirċievi sentenza kapitali li ngħatat mill-Qorti federali, wara li nstabet ħatja li fl-2004 qatlet mara tqila u serqitilha t-tarbija mill-ġuf.

L-Imħallef James Hanlon iddikjara li qabel l-eżekuzzjoni għandu jsir smigħ dwar il-kompetenza ta’ Mongomery, hekk kif l-avukati tad-difiża qalu li ma kinitx mentalment stabbli u twieldet bi ħsara f’moħħha.