Lokali
Titwaqqaf il-Fondazzjoni Lino Spiteri b’risq persuni b’diżabilità

Twaqqfet Fondazzjoni Lino Spiteri biex tikkumplimenta l-miżura tal-budget maħsuba biex tkun implimentata l-obbligazzjoni legali li kull kumpanija timpjega tnejn fil-mija tal-ħaddiema tagħha li jkunu persuni b’diżabilità.

Nathan Farrugia spjega li l-Fondazzjoni Lino Spiteri trid tkun pont bejn l-korporazzjoni tax-xogħol u t-taħriġ, l-ETC biex tgħin lill-kumpaniji jegħlbu l-ostakli biex jimpjegaw persuni b’diżabilità.

Il-fondazzjoni se tgħin bit-taħriġ tal-persuni b’diżabilità għal l-impjiegi u tgħin lill-kumpaniji bil-pariri tagħha.

“L-iskop huwa li eventwalment, persuni li jkunu b’diżabilità jsibu xogħol sostennibbli, isiru iktar indipendenti, isiru iktar inklussivi fid-dinja tax-xogħol u fl-istess ħin huma jsiru parti minn dik il-kumpanija bħala impjegati,” spjega d-Direttur Eżekuttiv Nathan Farrugia.

Il-Kap Eżekuttiv tal-ETC Philip Rizzo qal li m’għadx hemm lok għal aktar skużi biex jinħeba l-aġir ta’ dawk li jirrifjutaw li jħaddmu persuni b’diżabilità.

Huwa qal li saru biżżejjed avvanzi fit-teknoloġija biex kull min irid jaħdem, jista’ jkun impjegat mingħajr ostakli, irrispettivament mid-diżabilità tiegħu. Qal li għalkemm żdiedu l-persuni b’diżabilità li daħlu fid-dinja tax-xogħol, għad hemm minnhom li għadhom isibu bibien magħluqa.

Is-Sur Rizzo qal li żmien l-esperimenti għadda u l-impjegabbiltà ta’ dawn in-nies saret soluzzjoni fattibbli.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-faċċata tal-binja fil-qalba tal-Belt u li kienet isservi bħala l-qorti tal-Kavallieri ta’ San Ġwann, magħrufa bħala Palazzo Castellania, ġiet restawrata biex reġgħhet libset id-dehra oriġinali tagħha. Illum il-ġurnata din il-binja…

Lokali

Inawgurati l-uffiċini l-ġodda tal-kumpanija Gaming Innovation Group li minn żewġ impjegati fl-2012, illum qed tħaddem 650 impjegat u qed tfittex mad-90 ħaddiem ieħor. Il-Kap Eżekuttiv, Robin Reed, qal li s-sena…

Lokali

Diversi prodotti agrikoli Maltin se jikkwalifikaw biex ikollhom tikketta ta’ kwalità ogħla minn dak rikjest mill-Unjoni Ewropea fi skema msejħa “Prodott ta’ Kwalità”. Fuq dawn il-prodotti ser ikun hemm tikketta…

Lokali

Id-direttur Informazzjonali tal-Partit Nazzjonalista Dr David Bonello kkonferma li rreżenja mill-kariga li kien ilu jokkupa għal dawn l-aħħar xahrejn. Dr Bonello qal li huwa rriżenja għal raġunijiet personali. Ara wkoll:…

Aktar