Titwaqqaf il-Malta Youth in Agriculture Foundation – MAYA
Titwaqqaf il-Malta Youth in Agriculture Foundation, magħufa bħala l-MAYA. Fondazzjoni li se tkun qed tipproteġi l-interessi tal-bdiewa zgħazagħ.

 Meta wieħed isemmi l-bdiewa ftit jigu f’moħhom iz-zgħazagħ. Dan is-settur li jipprovdilna ħafna mill-ikel li nieklu kuljum qed joħloq interess fost bdiewa zgħazagħ anke jekk statistikament il-bdiewa zgħazagħ ilhom jonqsu ftit ftit.

Wara sentejn ta preparazzjoni, il-ħolma ta’ grupp ta zgħzagħ issa saret realta’ bit-twaqqif tal-fondazzjoni MAYA li giet imnedija  fis-Siggiewi.

John Gauci, student ta 20 sena tal-ortikoltura, wieħed mill-fundaturi tal-Fondazzjoni, jghid li l-Malta Youth in Agricultural Foundation twaqqfet bil-għan li jappoggja lil dawk li huma genwinament interessati fis-settur agrikolu.

Huwa qal, “Nemmnu hafa fil-potenzjal taz-zgħazgħ fis-settur tal-agrikoltura. Nemmnu li għandna inħarsu lejn is-settur b’mod aktar sostenibbli u holitiku u nemmen li jekk ninkludu iktar liz-zghazagh jista jkollna nifs gdid f’din l-industrija li qiegħda tant għal qalbna.

Jeannette Borg li hija ukoll fundattrici tal-Fondazzjoni MAYA, flimkien ma Karl Scerri li huwa produttur tat-tiġieġ full time, spjegaw li l-interess f’dan is-settur qed jikber, tant li diga affiljati magħhom hemm mal-50 bidwi zagħzugħ u zagħzugħa. Qalet li dan is-settur huwa wieħed diversifikat u ħeġġet iktar zgħzagħ biex jagħtu sehem biex dan is-settur jimxi  ‘l quddiem.