Avjazzjoni
AĠĠORNAT: Titwaqqaf uffiċjalment il-linja tal-ajru Malta Air

Ryanair waqqfet uffiċjalment ‘Malta Air’, kumpanija tal-ajru Maltija li biha qed timmira li fi żmien tliet snin l-ajruplani tagħha bbażati f’Malta jiżdiedu minn sitta għal għaxra, u li sal-2024 iżżid il-passiġġieri li ġġorr minn u lejn Malta minn tlieta għal ħames miljuni. Għandha l-ħsieb ukoll li tirreġistra mal-ħamsin ajruplan ieħor f’Malta.

Waqt l-iffirmar tal-ftehim f’Kastilja, il-Kap Eżekuttiv ta’ Ryanair, Michael O’Leary, qal li b’Malta Air se jagħmlu investiment ta’ aktar minn €880 miljun waqt li l-Prim Ministru qal li jinsab konvint li Malta Air u l-Air Malta jistgħu jaħdmu flimkien fi swieq differenti.

“Welcome to Malta Air, long live Air Malta and I think we can both live happily ever after. Thank you,” qal il-Prim Ministru Joseph Muscat waqt li ta merħba lit-tieni linja tal-ajru bbażata f’Malta – Malta Air. Huwa  li tenna l-impenn tal-Gvern li l-Air Malta tkompli tikber b’mudell ta’ negozju u swieq li huma differenti iżda kumplimentari għall-kumpanija ġdida.

Waqt l-iffirmar tal-ftehim f’Kastilja, il-Kap Eżekuttiv ta’ Ryanair, Michael O’Leary, qal li n-negozjati mal-Gvern kienu l-aktar diffiċli li jiftakar fl-aħħar tlettax-il sena, iżda jinsab sodisfatt ħafna li ntlaħaq ftehim li bih Ryanair se ssaħħaħ ir-rabta u l-preżenza tagħha f’Malta.

“We expect to grow to 10 aircrafts over the next 3 or 4 years, that would mean an investment of $1 billion here on the island of Malta, and we’re also creating new jobs, we currently employ about 200 pilots, cabin crew and engineers and we expect that figure to at least 350. I suspect we will grow much faster than that over the next number of years,” qal il-Kap Eżekuttiv ta’ Ryanair.

Is-Sur O’Leary qal li l-ajruplani ta’ Ryanair, li sas-sajf tas-sena d-dieħla se jinżebgħu bl-ilwien u l-logo ta’ ‘Malta Air’, se jġorru tliet miljun passiġġier din is-sena, u l-mira hi ħames miljun passiġġier fi żmien ħames snin.

Qal li minbarra li l-ajruplani ta’ Malta Air, madwar 50 ajruplan ieħor tar-Ryanair li hemm ibbażati fi Franza, il-Ġermanja u l-Italja se jiġu reġistrati f’Malta flok l-Irlanda. Qal li dan ifisser li l-ħaddiema jkollhom iħallsu l-income tax f’Malta. Il-grupp Ryanair għandu żewġ linji tal-ajru sussidjarji; Lauda fl-Awstrija u Buzz fil-Polonja, li fuq il-mudell tagħhom twaqqfet il-Malta Air.

Il-Ministru għat-Turiżmu, Konrad Mizzi, qal li t-twelid ta’ din il-kumpanija se jsaħħaħ il-konettività ta’ Malta, iżda fuq kollox tassigura s-sostenibbiltà tat-turiżmu għall-ġejjieni.

“This deal and our long term vision secures the future of tourism and travel in Malta for the long term. This innovative partnership between Ryanair and the Government takes the best aspects of both to put Malta at the centre of the global hub in the Med, our vision is to grow and grow the airport into an aviation hub in the Mediterranean region,” qal il-Ministru Mizzi.

Dr Mizzi qal li l-Gvern innegozja ‘golden share’ li bih Ryanair ma tistax taqbad u tinħall mill-investiment li ntrabtet li tagħmel f’Malta, fosthom f’faċilitajiet għal manutenzjoni.

Fi stqarrija, Transport Malta qalet li ‘Malta Air’ ingħatat il-liċenzja biex tkun is-37 linja tal-ajru li għażlet il-ġurisdizzjoni ta’ Malta biex tibda topera fiha.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

“Għajnu Aħmar it-Tonn” jew “It-Tonn tal-Melliħin” kienet l-għajta tas-sajjieda Melliħin li sal-bidu tas-sittinijiet kienu jbiegħu t-tonn li jaqbdu bit-Tunnara. Is-sajd bit-tunnara nqata’ iżda fil-mużew tat-Tunnara fil-bajja tal-Mellieħa, għaqda volontarja Melliħija ikkonservat…

Pulizija

Fl-aħħar xahrejn, l-uċuħ ta’ erba’ Pulizija saru familjari mal-komunità tal-Mellieħa. Ir-residenti laqgħuhom u jqisuhom “ta’ ġewwa”. Dawn l-erba’ uffiċċjali jiffurmaw l-ewwel Community Policing Team fi proġett pilota mniedi mill-Korp. Intervistat…

Malta

Fil-Greċja, hemm madwar 3,500 persuna b’konnessjonijiet Maltin, il-maġġoranza f’Korfu fejn jgħixu Griegi b’nisel Malti li saħansitra jwasslu sar-raba’ u l-ħames ġenerazzjoni. Waqt żjara fil-Greċja, il-President George Vella ltaqa’ ma’ rappreżentanti…

Aktar