Titwaqqaf Women Directors in Malta biex tgħin nisa jimxu fil-karriera

Grupp ta’ nisa waqqfu għaqda biex jgħinu nisa oħra jimxu fil-karriera u jkollhom vuċi fit-teħid tad-deċiżjonijiet f’kumpaniji lokali. Fit-tnedija tal-għaqda ġiet kwotata riċerka li turi li bordijiet ta’ kumpaniji fejn il-maġġoranza tal-membri huma nisa jmorru aħjar finanzjarjament.

Women Directors in Malta hija għaqda mhux governattiva ġdida li għan tagħha huwa li aktar nisa jilħqu l-ogħla karigi f’kumpaniji. Is-Segretarju Eżekuttiv tal-għaqda Fiona Borg spjegat li ftit huma n-nisa f’Malta li għandhom karigi korporattivi u għalhekk l-għaqda se taħdem biex tħeġġeġ aktar nisa jieħdu dawn r-responsabiltajiet. Qalet li dan se jsir b’sessjonijiet ta’ taħriġ għan-nisa li huma interessati li jkunu fuq bordijiet.

“It-training se jkun magħmul in a board format ħalli huma anki jħossuhom komdi għax xi kultant ikun hemm dak in-nuqqas li forsi mara tħossha imma jien żgur tajba biex inkun fuq bord. Il-kwalifikazzjonijiet ovvjament huma importanti pero l-esperjenza tgħin ukoll,” spjegat Fiona Borg.

Fl-ewwel sessjoni ta’ Women Directors in Malta, il-Ministru għall-Ekonomija Chris Cardona qal li jeħtieġ li jkun hemm aktar nisa fuq bordijiet u kumitati. Qal li minkejja li jigradwaw aktar nisa minn irġiel, ftit huma n-nisa li huma f’pożizzjoni biex jieħdu d-deċiżjonijiet.

Dr Cardona kkwota riċerka li turi li kumpanija b’maġġoranza ta’ diretturi nisa, speċjalment dawk bi tlieta jew aktar nisa fuq il-bord, imorru aħjar finanzjarjament minn dawk li għandhom inqas diretturi nisa.

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Studju internazzjonali wera li l-każi li l-kanċer tal-għonq tal-utru qegħdin jonqsu drastikament tant li hu maħsub li din il-marda tista’ tiġi eradikata. Dan huwa grazzi għat-tilqima li tingħata lit-tfajliet kontra…

Tfal

Skont l-aġenzija appoġġ, madwar mitt tifel u tifla ngħataw għall-kura għand foster carers wara talba mill-ġenituri tagħhom stess minħabba li spiċċaw f’diffikultajiet fosthom mard serju jew spiċċaw bla saqaf fuq…

Edukazzjoni

L-edukazzjoni ma tieqafx mal-età obbligatorja! Id-Direttorat tat-Tagħlim Tul il-Ħajja beda jilqa’ applikazzjonijiet mingħand adulti li fis-sena skolastika li jmiss jistgħu jsegwu xi wieħed minn 450 kors, kemm f’oqsma akkademiċi kif…

Kronaka

Il-Pulizija jidher li tinsab viċin li ssolvi omiċidju li jmur lura ħdax-il sena. Il-każ jitratta tfajla li ilha rappurtata nieqsa mill-2008 u minn investigazzjonijiet li saru fl-aħħar jiem irriżulta li…

Aktar