NGOs
Titwettaq il-ħolma tas-Sinjura Muscat biex NGOs jiltaqgħu f’hub modern fil-Marsa

Il-Prim Ministru Joseph Muscat inawgura hub modern u tal-għola standards fil-Marsa msejjaħ The Meeting Place li ser isservi biex ikollhom spazju fejn jiltaqgħu l-għaqdiet mhux governattivi li jaħdmu fl-oqsma tal-edukazzjoni, is-saħħa u l-qasam soċjali.

Dr Muscat qal li din kienet ħolma tal-mara tiegħu Michelle li dejjem xtaqet li tagħmel il-ħolma ta’ ħafna NGOs realtà li jkollhom id-dar tagħhom. Qal ukoll li l-komunità Marsija u l-entitajiet governattivi għandhom jassistu lil xulxin.

Is-Sinjura Muscat qalet li minn post mitluq u fejn sfortunament kien hemm problemi ta’ droga f’din iż-żona fi Triq Balbi fil-Marsa viċin il-Kunsill Lokali nbidlet f’post ta’ eċċellenza b’investiment ta’ €1,200,000 minn fondi tal-Unjoni Ewropea.

Il-proġett The Meeting Place huwa mgħammar b’diversi faċilitajiet fosthom kmamar għar-rikreazzjoni, multi-sensory room u anke żoni edukattivi. Fih ser jingħataw diversi servizzi bl-għajnuna ta’ professjonisti bil-kollaborazzjoni ta’ minn numru ta’ Ministeri.

Il-Ministru Michael Falzon qal li dan il-post qed jgħolli l-istandards tal-proġetti soċjali li ser isiru fil-futur, u serva biex żona mitluqa fil-Marsa kienet riġenerata.

Ara hawnhekk x’qalet is-Sinjura Muscat dwar The Meeting Place:

Aħbarijiet Oħra
Kisbiet

Il-karozzi Bentley u Rolls Royce huma distintivi u magħrufa għal-lussu. Kristian Cini għad għandu sbatax-il sena, iżda għalkemm għad m’għandux l-età biex isuq, huwa dilettant kbir tal-karozzi Bentley u Rolls-Royce….

Sajd

Idejh jafu jinsġu l-qasab għan-nases, anke b’għajnejh magħluqa. Bis-sengħa tan-nases fid-demm, Ġanni Xuereb, magħruf bħala Ġanni l-Pipi, illum jgħodd iktar minn 80 sena, u għadu ma telaqx in-namra max-xogħol tiegħu, …

Edukazzjoni

Is-sajf wasal biex jintemm u dħalna fl-aħħar ġimgħa qabel ma jerġgħu jibdew l-iskejjel. Iżda x’inhuma s-sentimenti tal-ġenituri u l-istudenti dwar l-bidu tas-sena skolastika ġdida? TVM tkellem mal-ġenituri u l-istudenti. Mal-wieħed…

Aktar