Kurżitajiet
Titwieled l-ewwel tarbija minn utru ta’ mara mejta li ġie trapjantat

Fil-Brażil twieldet tarbija bis-saħħa ta’ utru li ġie trapjantat minn fuq mara mejta. It-tarbija twieldet fil-15 ta’ Diċembru tas-sena l-oħra, bil-każ jiġi rrapportat issa fi studju fuq il-ġurnal akkademiku The Lancet.

It-tarbija hija l-ewwel waħda li ġiet konċeputa u mwielda minn utru li ġie trapjantat fuq l-omm mingħand mara oħra li kienet laħqet mietet. 10 trapjanti simili li saru fil-passat fallew jew irriżultaw f’korrimenti.

Sal-lum hemm 39 trapjant tal-utru magħrufa li saru permezz ta’ donaturi ħajjin, inkluż ommijiet li jagħtu l-utru lil binthom. Minn dawn it-trapjanti twieldu 11-il tarbija.

Dan iżda kien l-ewwel trapjant ta’ suċċess b’donatriċi mejta. Id-donatriċi kienet mara ta’ 45 sena li kellha tlett itfal, u mietet b’emorraġija fil-moħħ. Il-mara li rċeviet l-utru tagħha għandha 32 sena u kienet twieldet b’utru malformat, għalkemm kellha ovarji tajba.

L-utru tal-mara mejta għalhekk ġie mqabbad mal-ovarji tal-mara li xtaqet issir omm, li ngħatat mediċini li dgħajfulha s-sistema immunitarja biex ġisimha ma jirriġettax l-utru. Dan fil-fatt beda jaħdem tajjeb, u wara seba’ xhur il-bajd tal-mara, li kien ġie ffertilizzat bl-isperma tal-missier, tpoġġa fl-utru.

L-esperti mediċi qalu li dan il-każ jagħti tama ġdida għal ħafna nisa li għandhom bżonn utru, hekk kif id-donaturi ħajjin ta’ dan l-organu sal-lum huma rari ħafna.

Aħbarijiet Oħra
Brexit

Il-Prim Ministru Ingliża Theresa May se tibqa’ fil-kariga wara li kisbet vot ta’ fiduċja llejla u b’hekk se tibda tmexxi lill-Partit Konservattiv Ingliż. Hija rebħet b’200 vot favur u 117…

Trump

Tliet snin ħabs għal Michael Cohen, li kien l-avukat personali tal-President Amerikan Donald Trump waqt il-kampanja presidenzjali. Quddiem il-Qorti Federali Amerikana, Cohen ammetta l-akkużi li kien il-moħħ wara l-ħlas lil…

Barranin

Fi Franza tkompli t-tfittxija għall-aggressur li t-Tlieta filgħaxija spara diversi tiri fis-suq tal-Milied f’Strasburgu u qatel żewġ persuni. Il-qattiel ġie identifikat bħala Cherif Chekatt u għandu 29 sena. Fi Strasburgu…

Barranin

Triq fil-Ġermanja ġġammjat wara li nksiet biċ-ċikkulata. Dan wassal biex inħolqot konġestjoni tat-traffiku. It-triq f’Westönnen ingħalqet wara li tank mimli ċikkulata ġo fabbrika nxtered fit-triq. Iċ-ċikkulata f’ħakka t’għajn għaqdet u…

Aktar