Lokali
Tixhed it-tfajla li rat lil Liam Debono jtajjar lill-Kuntistabbli

Fil-kumpilazzjoni tax-xhieda fl-kaz tal-Liam Debono li huwa akkużat b’47 akkuża fosthom bl-attentat ta’ qtil tal-kuntistabbli Simon Schembri li seħħ fil-15 ta’ Mejju li għadda, xehdet it-tfajla li kienet l-ewwel waħda li rrapurtat il-każ lill-Pulizija.

Il-Qorti ordnat li isem it-tfajla ma jixxandarx u anke xehdet bis-sistema tal-video Conferencing. Hija ddeskriviet dak li rat għall-ħabta tat-tmien neqsin kwart ta’ filgħodu meta kienet fuq l-istage qed tistenna tal-linja fejn rat lill-kuntistabbli jieqaf quddiem il-karozza Mercedes biex warajh waqfet il-karozza misjuqa minn Liam Debono.

Hija qalet li huma waqfu żewġ metri biss ‘il bogħod minnha u spjegat li l-kuntistabbli waqqaf lill-karozza Mercedes u meta mar ħdejn ix-xufier u talbu l-ID card, ix-xufier għamel sinjal b’rasu li ma riedx. Qalet li l-kuntistabbli mar lura ħdejn il-mutur ikellem lil xi ħadd. Qalet li sadanitant Debono beda jsuq il-karozza bil-mod u l-Kuntistabbli mar quddiem il-karozza jipprova jwaqqfu iżda l-akkużat baqa’ jsuq.

Interrogata mill-Ispettur Fabian Fleri hija indikat ukoll lill-Qorti min kien ix-xufier fejn spjegat li kien waħdu fil-karozza. L-Avukat Difensur Amadeus Cachia li qed jidher għall-akkużat flimkien mal-Avukat Franco Debono staqsa lit-tfajla jekk il-kunstitabbli kienx quddiem il-karozza meta pprova iwaqqaf lis-sewwieq bit-tfajla twieġeb iva.

Il-Prosekuzzjoni mmexxija minn Pierguido Saliba u Fabian Fleri talbu wkoll lill-Qorti biex l-espert tal-Qorti jinghata l-password tal-mobile ta’ Liam Debono iżda d-difiża rrifjutat. L-ispettur Fleri talab il-Qorti biex tordna li l-espert jara jiftaħx il-mobile mingħajr il-password bil-Maġistrat Joe Mifsud approva t-talba.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Mara sofriet minn ġrieħi gravi wara li llejla kienet involuta f’inċident tat-traffiku.  L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5pm fi Vjal Blue Grotto, fiż-Żurrieq. Fuq il-post marru l-Pulizija tad-Distrett fejn minn stħarriġ preliminari li…

Kultura

Bit-tema ‘Jiddefendu l-Libertajiet Tagħna’, il-bini tal-Parlament qed jilqa’ wirja fotografika biex tfakkar it-30 anniversarju tal-Premju Sakharov. Wirja fotografika li qed issir fil-Parlament tixħet dawl fuq erba’ esponenti ewlenin favur id-drittijiet…

Kronaka

L-għada li dar f’Ħal Luqa inħakmet min-nar qawwi, il-komunità ta’ Ħal Luqa qamet titkellem dwar dak li għaddiet minnha l-familja Theuma, magħrufa għall-presepju li tesebixxi kull sena fi żmien il-Milied….

Knisja Maltija

Għeluq sena ta’ anniversarji fiż-Żurrieq  b’pellegrinaġġ bl-istatwa titulari ta’ Santa Katarina li għalqet mitejn sena. Arja ta’ festa fiż-Żurrieq il-Ħadd filgħodu, b’pellegrinaġġ bl-istatwa titulari ta’ Santa Katarina li għalqet mitejn…

Aktar