Lokali
Tixrobx dan ix-xorb tal-lumi

L-Awtoritajiet tas-Saħħa qed iwissu dwar xorb tal-lumi tad-ditta Piacelli Citrilemon. Fi stqarrija ntqal li wara li saru iktar investigazzjonijiet, instab li l-imsemmi prodott fih sulfati li mhumiex iddikjarati fuq it-tikketta.

Lemon juice concentrate huwa ta’ Piacelli Citrilemon u fih volum 200ml.

Dati tad-durabbilità 14/09/2020; 26/09/2020; 23/10/2020 u possibbilment dati oħra wara 14/07/2020.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq [email protected]. Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess Direttorat li jinsab ġewwa Continental Business Centre, Old Railway Track, Santa Venera. 

Aħbarijiet Oħra
Kultura

W’Oz hija l-produzzjoni teatrali annwali tal-Junior College mżewqa b’kant, reċtar u żfin, għal tmiem din il-ġimgħa fit-teatru tal-kulleġġ fl-Imsida. Is-soirée W’Oz! huwa bbażat fuq il-ktieb li jirrakkonta l-istorja ta’ Dorothy…

Kronaka

Sid ta’ dar flimkien mal-annimali domestiċi tiegħu nħarġu mid-dar wara li żviluppa nar fil-garaxx tar-residenza fi Triq il-Ħida San Ġwann. Jirriżulta li n-nar beda għall-ħabta tal-9.45pm tal-bieraħ filgħaxija u oriġina…

Kronaka

Żvediż ta’ 22 sena residenti Tas-Sliema ġarrab ġrieħi serji wara li waqa’ għoli ta’ tliet sulari. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-5.30am fi Triq Depiro Tas-Sliema stess. Mill-ewwel stħarriġ tal-pulizija irriżulta li…

Lokali

Tħabbret il-mewt tal-Prim Imħallef Emeritu Giuseppe Mifsud Bonnici, magħruf bħala Ġoġo. Hu miet fl-età ta’ 89 sena. Il-Prim Imħallef Emeritu Mifsud Bonnici kien twieled Bormla. Fl-1988 nħatar imħallef u fl-1990…

Aktar