Lokali
Tixtri mini moto għat-tifel iżda ma gawdiehx

NG Racing ta’ Ħaż-Żebbuġ ġie ordnat iħallas €350 lura lill-klijenta li xtrat mini moto.

It-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumaturi sema’ li l-konsumatriċi kienet xtrat minn dan il-ħanut mini-moto li qatt ma ħadem u kellu jissewwa diversi drabi. Ir-rappreżentant tal-ħanut, fir-risposta tiegħu, saħaq li kien tort tal-konsumatriċi għax it-tifel ġera ħafna bil-mini-moto u għamillu l-ħsara.

It-Tribunal ikkonkluda li l-problemi bil-prodott bdew mill-ewwel, malli nxtara, u jidher li ma tgawdiex peress li kien dejjem bil-ħsarat. Il-ħanut ġie ordnat iħallas lill-konsumatriċi €350 u l-mini-moto għandu jsir proprjetà tal-ħanut malli jsir il-ħlas.

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Is-Supretendenza tas-Saħħa Pubblika qalet li qed tagħmel moniteraġġ kontinwu fuq is-sitwazzjoni fiċ-Ċina u li qed isegwi l-pariri tal-Organiżżazzjoni Dinija għas-Saħħa (WHO). Fi stqarrija, intqal li Malta qed tieħu l-prekawzjonijiet kollha wara…

Mużika

Inawgurata fis-sena 1989, CAP-Sounds hija aġenzija tal-produzzjoni u l-ippubbiklar tal-mużika fil-qalba tal-Ġermanja li dejjem tat sapport u sostenn lill-artisti Maltin; sa mill-1996 meta Miriam Christine rrapreżentat ‘l Malta fil-Eurovision Song…

Mużika

Il-Malta Music Awards wara ħames snin wieqaf se jerġa’ jkun il-pjattaforma li tagħti viżibilità akbar lill-artisti Maltin li matul is-sena l-oħra ħadmu biex joħorġu diska jew album oriġinali. Iċ-Chairman tal-Malta…

Aktar