Kurżitajiet
Tixtriha din il-pupa lil uliedek?

Din il-pupa transgender qajmet diskussjoni sħiħa f’Novosibirsk, fis-Siberja wara li ntlemħet għall-bejgħ f’ħanut tal-ġugarelli.

Huwa maħsub li din il-pupa hija l-ewwel pupa transgender li qatt ħarġet għall-bejgħ fir-Russja.

Fl-2018, fl-Arġentina kienet disponibbli għall-bejgħ pupa transgender u din ukoll qajmet diskussjoni sħiħa mentri s-sena l-oħra, il-kumpanija tal-ġugarelli Mattel kienet żvelat pupa tal-Barbie li hija gender neutral.